
Il-Veskovat u l-presidenzi tal-oqsma għandhom ħafna responsabbiltajiet li jistgħu jiġu delegati. Imma ma jistgħux jiddelegaw ir-responsabbilta’ għal-laqgħat tas-sagrament. Ġeneralment, jippresiedu u għalhekk huma responsabbli kemm għall-ispirtu kif ukoll għall-kontenut ta’ dawn il-laqgħat. Għalhekk it-tagħlim tiegħi dwar il-laqgħat tas-sagrament se jkun ta’ interess partikolari għall-isqfijiet u l-presidenti tal-oqsma u l-kunsilliera tagħhom-kif ukoll għall-membri tal-Knisja li jipparteċipaw f’dawn is-servizzi ta’ kull ġimgħa.
Bażi Duttrinali
Il-laqgħa tas-Sagrament hija l-uniku waħda tas-qasam jew tal-fergħa li aħna nattendu bħala familja-il-unit bażiku tal-Knisja. Hemm bżonn li l-familji u l-membri jaslu ferm qabel tibda l-laqgħa tas-sagrament. Aħna nattendu, kif ikkmanda l-Mulej, biex nirċievu s-sagrament u nġeddu l-patti tagħna.
Huwa waqqaf is-sagrament biex ifakkarna fl-Espjazzjoni tiegħu. Fl-ikla ta’ l-aħħar, Ġesù ħa l-ħobż, bierek u kissru, u tah lill-Appostli tiegħu, u qal, “Ħudu, u kulu” (Mt. 26:26). “Dan hu ġismi li hu mogħti għalikom: agħmlu dan b’tifkira tiegħi” (Luqa 22:19). Imbagħad ħa l-kalċi, qal barka ta’ ringrazzjament, u għaddih lil dawk miġbura madwaru, u qal, “Dan hu il-kalċi tal-patt il-ġdid f’demmi” (Luqa 22:20), “li jinxtered … għall-maħfra tad-dnubiet” (Mt. 26:28). “Agħmlu dan … b’tifkira tiegħi. Għax kemm-il darba intom tieklu dan il-ħobż, u tixorbu dan il-kalċi, [ixxandru] l-mewt tal-Mulej” (1 Kor. 11:25-26). B’dan il-mod, Hu rabat is-sagrament mal-kruċifissjoni imminenti tiegħu.
Alla iddikjara, “Dan hu xogħli u l-glorja tiegħi-li nġib l-immortalita’ u l-ħajja ta’ dejjem lill-bniedem” (Mosè 1:39). Imbagħad l-Iben ta’ Alla minn tbaxxa biex jagħmel ir-rieda ta’ Missieru. B’hekk, l-immortalita’ saret realta’ u l-ħajja eterna possibilita’ għal dawk kollha li xi darba kienu se jgħixu fuq l-art.
Aħna infakkru l-Espjazzjoni tiegħu b’mod personali ħafna. Niġu niedma u b’qalb maqsuma għal-laqgħa tas-sagrament. Huwa l-qofol tal-osservanza tagħna ta’ Jum il-Mulej (ara D&C 59:8-13).
It-talb sagramentali ġie irrivelat mill-Mulej. Dan it-talb fih patti u wegħda (ara D&C 20:77, 79). Aħna nagħmlu patt li nieħdu fuqna l-isem ta’ Ġesù Kristu u nżommu l-kmandamenti tiegħu. Nieklu l-ħobż imkisser b’tifkira ta’ Ġismu. Nixorbu l-ilma b’tifkira ta’ demmu li nxtered għalina. U aħna nagħtu xhieda li dejjem se nibqgħu niftakruh. Il-wegħda: dejjem se jkollna l-ispirtu tiegħu li jkun magħna. X’barka din!
Preparazzjoni tal-laqgħa tas-Sagrament
B’dawn id-duttrini f’moħħna, il-veskovat u l-presidenzi tal-oqsma jeħtieġ li jippjanaw il-laqgħat tas-sagrament bil-ħsieb sabiex iżommu l-laqgħat iffukati fuq il-Mulej u l-Espjazzjoni tiegħu, l-eżempju tiegħu, u d-duttrini tal-evanġelju.
L-istediniet biex wieħed jitkellem għandhom jiġu estiżi minn ħafna qabel u jinkludu deskrizzjoni ċara tas-suġġett assenjat u l-ħin allokat, flimkien ma’ offerta għall-għajnuna fejn meħtieġ. Dawk li jintalbu jitolbu għandhom jinkludu membri li mhux spiss jissejħu biex jagħmlu dan. Evita tendenzi ta’ talb mogħti minn raġel għal martu fl-istess laqgħa. Dan iwassal messaġġ mhux intenzjonat ta’ esklużjoni lil min hu single. U ftakar: it-talb mhux priedtki.
Il-missjunarji li jitilqu jistgħu jingħataw l-opportunita’ li jitkellmu f’laqgħa tas-sagrament. Il-membri tal-familja u l-ħbieb tagħhom mhumiex mistiedna jitkellmu. Żewġ missjunarji jew iktar li jitilqu jistgħu jitkellmu fl-istess laqgħa. Missjunarji li jirritornaw u li jkunu qdew b’mod onorabbli għandhom jiġu mistiedna jitkellmu fil-laqgħa tas-sagrament u jingħataw il-ħin biex jaqsmu l-esperjenzi spiritwali u jagħtu xhieda.
Il-laqgħat tas-sagrament jagħtu opportunita’ liż-żgħażagħ biex jitkellmu fil-qosor fuq suġġetti assenjati minn qabel tal-evanġelju. Drabi oħra, il-kunsilliera għolja jiġu assenjati mill-President tal-wited biex jitkellmu.
Il-membri jistgħu jissejħu biex iservu biex jilqgħu lin-nies fil-bieb u bħala ushers. Jistgħu jilqgħu lin-nies u jsibulhom post, filwaqt li jżommu ftit siġġijiet fuq wara u fin-nofs għal dawk bi bżonnijiet speċjali.
Materjali awdjo-viżivi bħal vidjokasetts m’għandhomx jintużaw f’laqgħa tas-sagrament.
Kultant il-membri jistgħu ma jkunux jistgħu jattendu minħabba mard. F’każijiet bħal dawn, dawk li għandhom is-saċerdozju jistgħu jiġu assenjati mill-isqof jew mill-President tal-qasam biex jamministraw is-sagrament lilhom fejn ikun hemm bzonn.
Laqgħa tipika tas-sagrament se tinkludi:
- Mużika Introduttorja.
- Merħba u rikonoxximent tal-awtorita’ li tippresjedi u tar-rappreżentanti mill-għola kunsill għoli, fejn hu assenjat.
- Innu tal-bidu u talba.
- Avviżi tal-qasam jew tal-wited, bħal:
- Il-ħelsien u s-sostenn ta’ uffiċjali u għalliema.
- Nirrikonoxxu t-tfal li javvanzaw mill-Primarja, il-membri msejħa fuq missjonijiet jew inkarigi oħra, avviżi ta’ ġuvintur u tfajliet adulti.
- Il-preżentazzjoni ta’ ismijiet ta’ aħwa biex jirċievu jew javvanzaw fis-Saċerdozju Aron, ismijiet ta’ membri ġodda tal-qasam jew tal-wited.
- Konferma ta’ membri ġodda.
- L-innu tas-sagrament u l-amministrazzjoni tas-sagrament.
- Messaġġi tal-Evanġelju u innijiet oħra.
- Innu u talba tal-għeluq.
- Mużika.
Dawk li għandhom jiġu rilaxxati u sostnuti m ’għandhomx għalfejn jiġu ppreżentati individwalment. Jistgħu jiġu proposti bħala gruppi-l-ewwel dawk li għandhom jinħelsu, imbagħad dawk li għandhom jiġu sostnuti fis-saċerdozju, u dawk li għandhom jiġu sostnuti għas-sejħiet awżiljarji.
Il-laqgħat tas-Sagrament għandhom jibdew u jispiċċaw fil-ħin u m’għandhomx ikunu pprogrammati żżejjed. M’hemmx għalfejn isiru laqgħat ta’ talb qabel il-laqgħa tas-sagrament. Dawk li jipparteċipaw għandhom ikunu bilqiegħda mill-inqas ħames minuti qabel ma tibda l-laqgħa sabiex ikunu jistgħu jitħejjew spiritwalment għal esperjenza ta’ ġabra. Matul dak l-intervall kwiet, il-mużika introduttorja titbaxxa. Dan mhux ħin ta’ konverżazzjoni jew li ngħaddu messaġġi iżda ħin ta’ meditazzjoni fit-talb hekk kif il-mexxejja u l-membri jippreparaw spiritwalment għas-sagrament.
Mużika
L-innijiet tal-Knisja huma l-mużika bażika għas-servizzi ta’ qima u l-linji gwida għall-kant tal-kongregazzjoni. Għażla xierqa oħra tista’ tintgħażel għal mużika tal-bidu u tal-aħħar, mużika tal-kor, u għażla mużikali speċjali. L-innijiet tal-ftuħ u tal-għeluq normalment jitkantaw mill-kongregazzjoni. L-innu tas-sagrament jitkanta dejjem mill-kongregazzjoni.
Idealment, kull qasam tal-Knisja jkollu kor, bi stedina biex tkanta. Kor jista’ jbierek il-ħajjiet. Jien u Sister Nelson għandna memorji għal qalbna tas-sehem tagħna-snin ilu-fil-kor tal-qasam żgħir tagħna f’Minneapolis, Minnesota. Meta aħna u oħrajn urejna ix-xewqa biex inkantaw, kien hemm iktar membri fil-kor milli fil-kongregazzjoni.
Il-pjanu, l-organi, jew pjanu elettroniċi huma l-uniċi istrumenti li jridu jintużaw fil-laqgħat tal-Knisja. Jekk jintużaw strumenti oħra, l-użu tagħhom għandu jkun konformi mal-ispirtu tal-laqgħa. Strumenti b’ħoss qawwi jew inqas meqjum, bħall-biċċa l-kbira strumenti tar-ram isfar u l-percussion, mhumiex xierqa għal-laqgħa tas-sagrament. Jekk pjanu, orgni, jew akkumpanjament mużikali ma jkunx disponibbli, jistgħu jintużaw reġistrazzjonijiet xierqa mużikali għall-akkumpanjament.
L-għanja tal-ġusti hija talba lill-Mulej (ara D & C 25:12). Xi membri donnhom ma jiddejqux ikantaw, forsi minħabba l-biża’. Kull wieħed minna jeħtieġ li ninsew il-biżgħat tagħna u nkantaw bħala okkażjoni biex infaħħru lill - Ħallieq tagħna bit-talb. Il-mużika fil-laqgħa tas-sagrament hija għall-qima, mhux għall-ispettaklu. M’għandniex inħallu l-mużika sagra tagħna tbiegħedna mill-ispirtu u lanqas inħallu l mużika sekulari tieħu postha.
Tmexxija ta’ laqgħa tas-Sagrament
Il-veskovat u l-presidenzi tal-oqsma għandhom ir-responsabbilta’ li mhux biss jippjanaw dawn il-laqgħat, imma li jmexxuhom. Għandhom jagħmlu dan b’ mod reverenti. Xi wħud fil-kongregazzjoni jitolbu għal komunikazzjoni delikati u rivelazzjoni mis-sema. L-ispirtu ta’ reverenza jgħinhom jirċievu dawn ir-rivelazzjonijiet. Ftakar: Ir - riverenza tistieden ir-rivelazzjoni.
Dawk li jmexxu l-laqgħa jibdew billi jestendu tislima kordjali. Avviżi dettaljati jiġu ttrattati b’mod aktar xieraq xi żmien ieħor. Għax aħna nistiednu lil kulħadd biex jersaq lejn Kristu, il-ħbieb u l-eqreb ġirien huma dejjem milqugħa iżda mhux mistennija li jieħdu s-sagrament. Madankollu, din ma hijiex ipprojbita. Jagħżlu għalihom infushom. Nittamaw li dawk mistiedna fostna jħossuhom komdi u maħbubin. Tfal ċkejknin, li jgawdu mill-Espjazzjoni, jistgħu jipparteċipaw mis-sagrament huma u jħejju għall-patti li se jagħmlu aktar tard fil-ħajja.
Il-laqgħat tagħna għandhom dejjem isiru skond kif jidderieġi l-ispirtu (ara D&C 46:2). Kultant tista’ tinqala’ xi ħaġa mhux mistennija li uffiċjal li jippresiedi jista’ jkun jixtieq jiċċara jew jikkoreġi, kif imqanqal mill-ispirtu. Inkella, ma jingħatax kummentarju addizzjonali wara li jkun tkellem il-kelliem finali.
Amministrazzjoni tas-Sagrament
Il-veskovat u l-presidenzi tal-oqsma jippresiedu fuq is-Saċerdoti ta’ Aron fl-oqsma u l-fergħat. Huma, flimkien mal-konsulenti tal-quorum, se jieħdu kull prekawzjoni biex jaraw li s-sagrament jitħejja minn qabel il-laqgħa u li jkun ġie ppjanat sew li jgħaddi s-sagrament. Min jamministra s-sagrament għandu jagħmel l-almu tiegħu u jkun liebes b’mod xieraq. Il-qomos bojod mhux biss jidhru sbieħ, imma huma tfakkira ġentili ta’ riti sagri oħra, bħall-ordinanzi tal-magħmudija u tat-tempju, li fihom jintlibes ukoll ilbies abjad.
It-talb sagramentali għandu jiġi offrut b’mod li jinftiehem għax min jitlob ikun qed jagħti vuċi lill-patti li ħaddieħor ikun qed jagħmel. L-indafa u s-safa tal-qalb huma mistennija minn dawk privileġġjati biex ibierku s-sagrament. L-awtorita’ li tippresjedi tirċievi s-sagrament l-ewwel.
Sawm u Laqgħa tat-Testimonjanza
Is-Sawm u l-laqgħa tat-Testimonjanza jsiru darba fix-xahar, ġeneralment l-ewwel Ħadd tax-xahar. Ġeneralment, it-trabi jitbierku dakinhar. Wara s-sagrament, hu ħin li tingħata xhieda qasira. Imbagħad jistieden lill-membri biex jagħmlu xhieda qasira u mill-qalb tas-Salvatur, tat-tagħlim tiegħu, u tar-Restawrazzjoni. Il-ġenituri u l-għalliema għandhom jgħinu lit-tfal jitgħallmu x’ inhi xhieda u meta jkun xieraq għalihom li jesprimuha. It-tfal iż-żgħar għandhom jitgħallmu jaqsmu x-xhieda tagħhom id-dar jew fil-Primarja sakemm jikbru biżżejjed biex ikollhom xhieda xierqa mingħajr għajnuna f’ laqgħa tat-testimonjanza u s-sawm.
Parteċipazzjoni personali
Kull membru tal-Knisja jerfa ’r-responsabbilta’ għall-arrikkiment spiritwali li jista’ jiġi minn laqgħa tas-sagrament. Kull wieħed għandu jkanta b’ qalb grata u jwieġeb b ’“ammen” li jinstema’ fil-konklużjoni ta’ talba jew xhieda. Aħna personalment nixtarru l-Espjazzjoni ta ’Ġesù Kristu. Nirriflettu fuq is-sinifikat tat-tbatija tiegħu fil-Ġetsemani u l-kruċifissjoni tiegħu fuq il-Kalvarju. F’dan iż - żmien, kull wieħed minna għandu “jeżamina lilu nnifsu” (1 Kor. 11:28) u rrifletti fuq patti persunali li saru mal-Mulej. F’dan iż-żmien, nimmeditaw fuq l-affarijiet sagri t’Alla.
Bi gratitudni nirringrazzja lill-Mulej għal-laqgħa tas-sagrament u it-tifsira f’ħajti. Kemm-il darba reġgħet ħeġġet il-fidi tiegħi u ħallietni nġedded il-patti tiegħi minn ġimgħa għall-oħra, u għenet lil Sister Nelson u lili biex ngħixu u nrabbu l-familja tagħna fid-dawl glorjuż tal-evanġelju.