Is-Sagrament Jista’ Jgħinna Nsiru Mqaddsa

Ikkonsidra ħames metodi kif tkattar l-impatt u l-qawwa tal-parteċipazzjoni regolari tagħna fl-ordinanza sagra tas-sagrament.

Waħda mill-memorji l-iktar bikrin tal-laqgħat tas-sagrament li saret id-dar tagħna f’Warrnambool, l-Awstralja. Bejn 10 u 15-il ruħ kienu jattendu l-fergħa tagħna, u missieri, wieħed mit-tlieta li kienu jħaddnu s-saċerdozju, kienu regolarment ikollu l-opportunità li jbierek is-sagrament.  Niftakar sew is-sentimenti li kont inħoss meta hu, b’umiltà u bir-reqqa, kien jaqra l-kliem tat-talb tas-sagrament.  Spiss leħnu kien jirtogħod meta jħoss l-Ispirtu.  Ġieli kien ikollu jieħu pawsa sakemm jikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħu u jkun jista’ jtemm it-talba.

Bħala tifel ta’ ħames snin, ma stajtx nifhem it-tifsira sħiħa ta’ dak li kien qed jintqal jew iseħħ; madanakollu, kont naf li qed tiġri xi ħaġa speċjali.  Stajt inħoss l-influwenza kalma u riassiguranti tal-Ispirtu s-Santu hekk kif missieri kien qed ikun jikkontempla l-imħabba tas-Salvatur għalina.

Is-Salvatur għallem:  U intom għandkom dejjem tagħmlu dan għal dawk kollha li jindmu u jitgħammdu f’ismi; u dan għandkom tagħmluh b’tifkira ta’ demmi, li jien xerridt għalikom, ħalli tkunu tistgħu tixhdu mal‑Missier li intom dejjem lesti tiftakru fija.  U jekk intom tiftakru dejjem fija intom ikollkom l‑Ispirtu tiegħi magħkom' (3 Nefi 18:11).

Għandi stedina biex ilkoll kemm aħna nikkunsidraw ħames metodi kif inkattru l-impatt u l-qawwa tal-parteċipazzjoni regolari tagħna fl-ordinanza sagra tas-sagrament, ordinanza li tista’ tgħinna nsiru mqaddsa.

1.  Ħejji Ruħek minn Qabel

Nistgħu nibdew it-tħejjija tagħna għas-sagrament ħafna qabel ma tibda l-laqgħa tas-sagrament.  Is-Sibt jaf ikun ħin tajjeb biex wieħed jikkontempla l-progress u t-tħejjija spiritwali tagħna.

Scripture Study

Il-mortalità hija rigal essenzjali fil-vjaġġ tagħna biex insiru bħal Missierna fis-Smewwiet. Bħala xi ħaġa neċessarja, il-mortalità tinkludi provi u sfidi li jipprovdu għalina opportunitajiet biex ninbidlu u nikbru. Is-Sultan Benjamin għallem li 'il‑bniedem naturali huwa għadu ta’ Alla, ... u hekk se jibqa’, għal dejjem ta’ dejjem, sakemm huwa ma jissottomettix ruħu għat‑tħajjir tal‑Ispirtu s‑Santu, u jinża’ minn fuqu l‑bniedem naturali u jsir qaddis permezz tal‑espjazzjoni ta’ Kristu l‑Mulej' (Mosija 3:19).  Il-parteċipazzjoni fl-ordinanza tas-sagrament tipprovdi opportunità biex aħna lil Alla noffrulu qalbna u ruħna bis-sħiħ iktar.

Fit-tħejjija tagħna, qalbna issir miksura hekk kif aħna nesprimu gratitudni għall-Espjazzjoni ta’ Kristu, nindmu tal-iżbalji u n-nuqqasijiet tagħna, u nitolbu l-għajnuna tal-Mulej fil-vjaġġ kontinwu tagħna biex insiru iktar bħalu.  Imbagħad nistgħu nħarsu ’l quddiem b’ħerqa għall-opportunità li jipprovdu s-sagramnet biex niftakru s-sagrifiċċju tiegħu u nġeddu l-impenji tagħna lejn il-patti kollha li nkunu għamilna.

2.  Aslu Kmieni

L-esperjenza tagħna tas-sagrament tista’ tittejjeb meta aħna naslu kmienu sew qabel il-laqgħa u nidħlu fina nfusna meta tindaqq il-mużika tal-preludju.

Father and Son sitting on a bench in Church

Il-President Boyd K. Packer għallem: 'Il-mużika tal-preludju, meta tindaqq b’reverenza, hija benna għall-ispirtu. Tistieden l-ispirazzjoni.' 'Dan mhuwiex il-ħin,' spjega l-President Russell. M. Nelson, 'għat-tpaċpiċ jew biex niex nibagħtu l-messaġġi imma perjodu ta’ meditazzjoni ta’ talb waqt li l-mexxejja u l-membri jitħejjew spiritwalment għas-sagrament.'

3.  Kantaw u Tgħallmu mill-Kliem tal-Innu tas-Sagrament

L-innu tas-sagrament huwa parti speċjalment importanti tal-esperjenza tagħna tas-sagrament. Il-mużika televa l-ħsibijiet u s-sentimenti tagħna.  L-innu tas-sagrament ikollu esperjenza ikbar meta aħna niffukaw fuq il-kliem u d-duttrina mgħallma li hemm fih.  Nitgħallmu ħafna minn kliem bħal 'Miġruħ, miksur, midrub għalina,' 'Ejjew niftakru u nkunu ċerti li qalbna u idejna huma ndaf u safja,' u 'Fejn il-ġustizzja, l-imħabba, u l-ħniena jiltaqgħu f’armonija divina!'

woman conducting
man and woman singing

Hekk kif inkantaw innu fit-tħejjija biex nieħdu sehem mill-emblemi, il-kliem jistgħu jsiru parti mill-impenn tal-patt tagħna.  Ikkonsidraw, per eżempju: 'Aħna nħobbuk, Mulej; qalbna mimlija. Aħna se nimxu fi triqtek magħżula.'

4. Ipparteċipaw Spiritwalment fit-Talb tas-Sagrament (Ara Moroni 4–5)

Minflok nirrepetu l-kliem familjari tat-talb tas-sagrament, nistgħu nitgħallmu ħafna u nħossu ħafna iktar meta nipparteċipaw spiritwalment billi nikkonsidraw l-impenji u l-barkiet assoċjati li huma inklużi f’dan it-talb sagru.

three young men blessing the sacrament

Il-ħobż u l-ilma huma mbierka u mqaddsa għal ruħna.  Huma jfakkruna fis-sagrifiċċju tas-Salvatur u li hu jista’ jgħinna nsiru mqaddsa.

It-talb jispjega li aħna nieħdu l-ħobż b’tifkira tal-ġisem tal-Iben, li ta bħala fidwa biex tikkwalifikana lkoll għall-qawmien mill-mewt, u aħna nixorbu l-ilma b’tifkira tad-demm tal-Iben, li xerred minn rajh sabiex aħna nistgħu ninfdew bil-kundizzjoni tal-indiema.

It-talb jintroduċi l-patti bil-frażi 'li huma lesti' (Moroni 4:3). Din il-frażi għandha tant u tant qawwa potenzjali għalina.  Aħna lesti li nservu u nipparteċipaw? Aħna lesti li ninbidlu? Aħna lesti li nindirizzaw id-dgħufijiet tagħna? Aħna lesti li nagħmnlu pass lejn l-oħrajn u nbirkuhom? Aħna lesti li nafdaw fis-Salvatur?

Hekk kif il-wegħdiet jiġu ddikjartati u aħna nieħdu sehem, aħna nikkonfermaw f’qalbna li aħna lesti li:

  • Nieħdu fuqna nfusna l-isem ta’ Ġesù Kristu.
  • Nirsistu li nżommu l-kmandamenti tiegħu kollha.
  • Niftakru fih dejjem.

It-talba tintemm bi stedina u wegħda sublimi:   'Sabiex ikun jista’ jkollhom l‑Ispirtu tiegħu dejjem magħhom' (Moroni 4:3).

Pawlu kiteb, 'Il-frott tal-Ispirtu huma, l-imħabba, l-hena, is-sliem, is-sabar, il-ħniena, it-tjieba, il-fidi,  il-ħlewwa, [u] r-rażan' (Galatin 5:22–23). Barkiet u għotjiet sbieħ jinsabu disponibbli għalina hekk kif aħna nħarsu l-patti tagħna.

5. Xtarruh u Ftakruh waqt li l-Emblemi Sagri Ikunu Mgħoddijin

Il-mumenti reverenti waqt li dawk li jħaddnu s-saċerdozju jgħaddu s-sagrament jistgħu jsiru sagri għalina.

woman partaking of the sacrament

Waqt li ħobż jiġi mgħoddi, aħba nistgħu nikkontemplaw li fl-għemil aħħari tal-imħabba għalina, is-Salvatur ħa 'fuqu l‑mewt, biex ikun jista’ jħoll l‑irbit tal‑mewt li jorbot lill‑poplu tiegħu' (Alma 7:12).

Aħna nistgħu niftakru l-barka glorjuża tal-Qawmien mill-Mewt li ' se jgawdi minnha kulħadd, ... kemm l‑ilsir u kemm il‑ħieles, kemm ir‑raġel u kemm il‑mara, kemm il‑ħażin u kemm it‑twajjeb; u lanqas xagħra waħda minn rashom mhi se tintilef; iżda kollox se jerġa’ lura għall‑istruttura tal‑ġisem naturali tiegħu' (Alma 11:44).

young man passing the sacrament

Meta l-ilma jkun qed jiġi mgħoddi, aħna nistgħu niftakru fit-talba tas-Salvatur:

'Araw, jien, Alla, sofrejt dan kollu għal kulħadd, sabiex huma ma jsofrux jekk ikollhom jindmu;...

'Liema sofferenza ġegħlitni, lili, Alla, l-ikbar fost kollha, nirtogħod minħabba l-uġigħ, u nerħi demmi minn kull pora, u li nsofri kemm fil-ġisem  kemm fir-ruħ—u mhux li kien li ma nixrobx il-kalċi morr, u nitbeżża' (Duttrina u Patti 19:16, 18).

Niftakru li hu ħa 'fuqu d‑dgħufijiet [tagħna], biex il‑ġewwieni tiegħu jkun jista’ jimtela bil‑ħniena, skont il‑ġisem, ħalli huwa jkun jaf, skont il‑ġisem, kif jista’ jgħin lill‑poplu tiegħu skont id‑dgħufijiet [tagħna]' (Alma 7:12).

Hekk kif nikkonsidraw l-esperjenza tagħna tas-sagrament, forsi nistgħu nsaqsu lilna nfusna:

  • X’se nagħmel din il-ġimgħa biex inħejji ruħi aħjar għas-sagrament?
  • Nista’ nikkontribwixxi iktar għar-reverenza u r-rivelazzjoni li tista’ takkumpanja l-bidu tal-laqgħa tas-sagrament?
  • X’duttrina ġiet mgħallma fl-innu tas-sagrament?
  • Xi smajt u x’ħassejt meta smajt it-talb tas-sagrament?
  • X’kont qed naħseb meta kien qed jiġi mgħoddi s-sagrament?

Il-Presbiteru David A. Bednar għallem: 'L-ordinanza tas-sagrament hija stedina qaddisa u ripetuta biex wieħed jindem sinċerament u għandha tiġġedded spiritwalment. L-att li nieħdu sehem fis-sagrament, fih innifsu u waħdu, ma jaħfirx dnubiet.  Iżda hekk kif aħna nieħdu sehem b’mod konxju u nipparteċipaw f’din l-ordinanza qaddisa b’qalb maqsuma u spirtu niedem, il-wegħda mbagħad hija li aħna nistgħu dejjem ikollna l-Ispirtu tal-Mulej magħna.  U permezz tal-qawwa li tqaddes tal-Ispirtu s-Santu bħala s-sieħeb kostanti tagħna, aħna jista’ dejjem ikollna maħfra ta’ dnubietna.'

Jien nagħti xhieda tal-għadd kbir ta’ barkiet disponibbli għalina hekk if aħna nżidu t-tħejjija tagħna għall-ordinanza tas-sagrament u l-parteċipazzjoni spiritwali tagħna fiha. Barra minn hekk, nixhed li dawn il-barkiet huma disponibbli għalina minħabba l-imħabba ta’ Missierna fis-Smewwiet u s-sagrifiċċju ta’ espjazzjoni infinita ta’ Ibnu l-Waħdieni, Ġesù Kristu.  F’isem sagru tiegħu, l-istess Ġesù Kristu, ammen.


Noti f’qiegħ il-paġna --

1.  Boyd K. Packer, “Personal Revelation: The Gift, The Test, and the Promise,” Ensign, Nov. 1994, 61

2. Russell M. Nelson, “Worshiping at Sacrament Meeting,” Ensign, Aww. 2004, 27; Liahona, Aww. 2004, 13.

3. “Jesus of Nazareth, Savior and King,” Hymns, no.181.

4. “While of These Emblems We Partake,” Hymns, no.173.

5. “How Great the Wisdom and the Love,” Hymns, no.195.

6. “As Now We Take the Sacrament,” Hymns, no.169.

7. David A. Bednar, “Always Retain a Remission of Your Sins,” Ensign or Liahona, May 2016, 61-62