Is-Salvatur u s-Sagrament

Meta tkun qed tieħu sehem fis-sagrament, int tkun qed iġġedded il-patt tiegħek li dejjem tiftakar fis-Salvatur.

Boy partaking of the Sacrament

Xi tkun qed taħseb meta tiekol il-ħobż u tixrob l-ilma tas-sagrament, jew meta tħejji, tbierek, jew tgħaddi s-sagrament?  Bosta minna jixtarru dwar il-patti tagħna u kif qed ngħixu.  Naħsbu dwar id-dnubiet tagħna u nitolbu għall-maħfra u niedu deċiżjoni li nsiru aħjar.

Dawn huma aspetti importanti tal-ordinanza tas-sagrament.  Barra minn hekk, hemm xi ħaġa oħra li jeġtieġ nixtarru—xi ħaġa tant profonda u tant speċifika li hija parti mit-talb sagramentali stess.  Din hi li niftakru f’Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla, u s-Salvatur tad-dinja.  Dawk li jieklu l-ħobż jwiegħdu li 'jieklu b’tifkira l-ġisem tal-Iben' u li 'jiftakru fih dejjem' (D&P 20:77). Bl-istess mod, dawk li jixorbu l-ilma jwiegħdu li jixorbu 'b’tifkira tad-demm tal-Iben' u 'li huma se jiftakru fih dejjem' (D&P 20:79).

L-għażla li niftakru fis-Salvatur u fl-Espjazzjoni u s-sagrifiċċju tiegħu hija fundamentali għall-ordinanza.  Kif għallimna l-Presbiteru Jeffrey R. Holland tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, 'Fil-lingwa asempliċi u sabiħa tat-talb sagramentali ... il-kelma ewelnija li nisimgħu donnha li hi jiftakru.  ... Dak li hu emfasizzat fiż-żewġ talbiet huwa li dan kollu jsir b’tifkira ta’ Kristu.  Meta nipparteċipaw f’dan aħna nagħt xhieda li aħna se niftakruh dejjem, sabiex ikollna dejjem magħna l-Ispirtu tiegħu.'1

Painting of Jesus Christ by Heinrich Hofmann

Is-Salvatur enfasizza dawn l-istess punti meta huwa waqqaf is-sagrament mal-Appostli tiegħu matul l-Għid f’Ġerusalemm fl-aħħar lejl tal-ministeru mortali tiegħu—l-istess lejl meta bata għalina fil-Ġnien tal-Ġetsemani qabel ma bata għal darb’oħra fuq is-salib.  Per eżempju, wara li tahom il-ħobż biex jikluh, qal, 'Dan huwa ġismi li jingħata għalikom: agħmlu dan b’tifkira tiegħi' (Luqa 22:19–20; ara wkoll Mattew 26:26–28).

Matul l-ewwel jum tal-Mulek fost in-Nefiti fl-Amerki, hu għallimhom ukoll l-ordinanza tas-sagrament.  Għal darb’oħra, hu tahom l-istruzzjoni biex jieħdu sehem b’tifkira ta’ ġismu u demmu u qalilhom li meta jagħmlu dan, huma kienu se jixhdu 'mal‑Missier li dejjem sejrin tiftakru fija' (3 Nefi 18:7). Imbagħad wegħidhom, 'jekk intom tiftakru dejjem fija intom ikollkom l‑Ispirtu tiegħi magħkom” (3 Nefi 18:7, 11).

X’barka tal-għaġeb! F’dinja mimlija sfidi u tiġrib u tentazzjonijiet li ble heda jippruvaw jbegħduna mit-triq, liema rigal jista’ jkun iktar importanti minn dan? Billi jkollna l-Ispirtu magħna, aħna nistgħu 'nkunu nafu l‑verità ta’ kollox” (Moroni 10:5). Dak jagħtina l-qawwa u l-għerf biex ngħixu bil-mod li l-Mulej iridna ngħixu, li nagħmlu għażliet tajbin, li nservu b’mod fidil, u li nsiru bħalu.

Hekk kif tipparteċipa fil-laqgħa tas-sagrament ta’ kull ġimgħa, x’tista’ tagħmel biex tiftakar fih? X’tista’ tagħmel biex tiftakar fih dejjem—matul il-ġimgħa kollha u matul ħajtek kollha?

Nixtieq nistiednek tixtarr dawn il-mistoqsijiet u li timpenja ruħek li tiftakar dejjem fis-Salvatur? Ħa tibqa’ mistagħġeb bil-mod kif dan se jbiddillek ħajtek.


Referenzi –

1. Jeffrey R. Holland, “This Do in Remembrance of Me,” Ensign, Nov. 1995, 68.


Niftakru fis-Salvatur

Biex tgħin lilek u lill-familja tiegħek tiftakru fis-Salvatur, ikkonsidra li tistudja l-pjan tal-lezzjoni “How can I help others have a meaningful experience with the sacrament?” li tinasab f’Come, Follow Me, fuq lds.org/go/491214. Il-vidjo fuq dik il-paġna, “Always Remember Him,” jista’ jintuża bħala riżorsa għal-lejla mal-familja d-dar. .

L-Esperjenza Tiegħi tas-Sagrament

Sa kemm nista’ mmur lura fil-memorja, dejjem qaluli li kelli naħseb dwar Ġesù Kristu fis-sagrament.  L-ewwel darba li għaddejt is-sagrament, Diċembru li għadda, sentiment ta’ paċi u qdusija niżel fuqi.  Ħassejt l-Ispirtu jgħidli li kont qed ngħin lil oħrajn jersqu lejn Kristu.  Jien grat li l-Missier fis-Smewwiet jafdani biżżejjed biex jippermettili nservih u ngħin lil oħrajn.

Jacob R., 12-il sena, Idaho, USA