Ngħinu lit-Tfal Jisimgħu

Meta t-tfal tagħna kienu għadhom żgħar ħafna, dejjem konna nsibu post fil-knisja minn fejn stajna naħarbu niġru.  Il-baskett tal-ħrieqi kien ikun dejjem mimli kotba, kuluri, u ġugarelli ta’ bla ħoss—tagħmir biex jikkalma l-ekwipaġġ fuq ruħu u vivaċi tagħna.  L-għan tagħna kien li nżommuhom kwieti matul il-laqgħa.

Iżda meta kibru ftit—età tal-iskola—iddeċidejna li kienu lesti għall-fażi ġdida.  Skont it-teorija tagħna, bi ftit iktar sforz min-naħa tagħna aħna stajn ngħinu lil uliedna biex jieħdu perspettiva ġdida tal-laqgħat tal-knisja u jiksbu iktar mill-messaġġi li jiġu ppreżentati hemm. L-għan ġdid tagħna kien biex ngħinuhom jisimgħu u jitgħallmu matul il-laqgħat tal-knisja.

L-ewwel iddiskutejnieha bħala familja, u tkellimna dwar dak li konna se nagħmlu u għaliex konna se nagmluh. Imbagħad esperjenzajna 'perjodu ta’ distakkament,' dak iż-żmien li matulu ma bdejniex nieħdu magħna l-knisja oġġetti biex jiddistrattawhom iżda minflok ħeġġiġna lit-tliet ulied il-kbar tagħna biex jisimgħu.

Matul dan iż-żmien, ħsibna ħafna flimkien.  Irrealizzajna li jeħtieġ li, iktar minn qatt qabel, id-dar tagħna ssir ċentru ta’ tagħlim spiritwali.  Il-kunċetti tal-evanġelju mgħallmin fil-knisja kellhom isiru bħal stimolu għad-diskussjonijiet tagħna d-dar; il-prinċipji mgħallmin il-knisja kellu jiġu riinforzati u arrikkiti bl-attendenza fil-knisja.  Kellna tama li, b’dal-mod, uliedna kellhom isibu l-laqgħa tas-sagrament iktar relevanti.

Sibna li kellna bżonn niffukaw biex ngħinu lil uliedna jiżviluppaw ħiliet tas-smigħ.  Dawn li ġejjin huma ftit ideat kif tagħmlu dan, ibbażati fuq l-esperjenzi tagħna:

1. Agħmlu lezzjonijiet waqt lejla mal-familja d-dar dwar l-importanza li wieħed jisma’ u kif jisma’. Ibdew billi tiddsikutu kif tnejn jisimgħu lil xuxin f’taħdita bejniethom. Oħolqu reċti b’sitwazzjonijiet li juru kif nisimgħu lil xulxin. Imbagħad, matul il-ġimgħa, kunu intom stess semmiegħa tajbin ma’ wliedkom. Uruhom kemm hu importanti għall-kelliem li jħares f’għajnejn is-semmiegħ u għas-semmiegħ li jisma’ bl-attenzjoni kollha.

2. Oħolqu sitwazzjonijiet speċjali oħra d-dar fejn wieħed jeħtieġlu jisma’.  Aħna rrekordjajna lejliet id-dar bit-tfal tagħna jirrakkontaw stejjer mill-iskrittura u jgħallmu prinċipji tal-evanġelju.  Huma jħobbu jisimgħu l-vuċijiet tagħhom, u tgħidx kemm-il darba jisimgħhom.  Li taqra lit-tfal b’leħen għoli huwa wkoll mod meraviljuż kif tgallimhom jisimgħu.  U saret xi ħaġa popolari d-dar li nirrikordjaw selezzjonijet favoriti mill-qari.  Dawn ir-rikordings mhux biss joffru divertiment, iżda wkoll jgħallmu prinċipji tajbin.

3. Bħala familja, iddiskutu kif dawn it-tekniċi ta’ smigħ tajjeb japplikaw għal sitwazzjonijiet li jinvolvu grupp sħiħ jisma’—speċjalment il-laqgħa tas-sagrament.  Spjegawlhom kif li żżomm kuntatt bl-għajnejn, xi ħaġa mgħallma fil-lezzjonijiet kollha li jingħataw lill-għalliema waqt xi kors ta’ servizz, japplika wkoll għall-udjenza.  Fil-laqgħa tas-sagrament, kunu ta’ eżempju għal uliedkom ta’ kif wieħed għandu jsima’ billi tħarsu lejn il-kelliem u ma tħallux il-ħarsa u l-ħsieb tagħkom jitferrxu.

4. Meta tkunu d-dar, fittxu li tapprofondixxu u tkabbru l-għarfien ta’ wliedkom f’dak li huwa vokabolarju tal-evanġelju sabiex meta jisimgħu dawn it-termini waqt diskorsi fil-knisja, huma jistgħu jirrelataw magħhom b’mod iktar effettiv. Il-biċċa l-kbira tal-lingwa mitkellma fil-laqgħat tal-knisja tista’ tinftiehem saħansitra minn tfal żgħar.  Ibdew minn kliem bħal magħudija, patt, u sagrament, biex nagħti eżempju.

5. Għinu lil uliedkom jifhmu l-għanijiet tal-laqgħat tal-knisja u x’ikun għaddej matulhom.  Waqt lejliet id-dar, iddiskutu avvenimenti speċifiċi bħal, ngħidu aħna, barkiet, konfermi, u s-sagrament.  Hekk, dawn il-partijiet tal-laqgħa jsiru iktar familjari magħhom u interssanti għalihom.

6. Id-dar qabbdu lil uliedkom, kull wieħed u waħda minnhom, jgħidu mill-ġdid diskor speċifiku.  Ħeġġuhom biex waqt il-laqgħa jiktbu sommarju li jikkonsisti minn sentenza sa tnejn.  Meta d-diskorsi huma wisq kumplessi għal tfal żgħar, il-ġenituri jew l-aħwa l-kbar jistgħu jassistu biex jispjegaw u jisiltulhom il-kunċetti ewlenin.  B’dan il-mod il-familja kollha tiġi involuta, u kulħadd jiggwadanja xi ħaġa mill-esperjenza.

7. Ibdew fajl jew scrapbook ta’ familja magħmul minn stejjer jew kunċetti interessanti li tisimgħu waqt il-laqgħat tal-knisja. Żommu l-ideat sempliċi—dan għandu jkun proġett li anki l-iżgħar fost l-ulied jistgħu jipparteċipaw fih.  Ħalluhom jżidu l-ideat tagħhom stess jew iwaħħlu karti li jġibu  d-dar magħhom.  Meta lezzjoni waqt lejla d-dar tkun iċċentrata fuq wieħed minn dawn is-suġġetti jew inkella xi ħadd mit-tfal ġie assenjat diskors, irrevedu l-fajl bħala sors ta’ materjal.

8. Kantaw innijiet id-dar biex tgħinu lil uliedkom isiru iktar interessati fil-mużika li tindaqq waqt il-laqgħat tal-knisja.  Staqsu lid-direttur tal-mużika għal lista ta’ innijiet skedati għal-laqgħa tas-sagrament; imbagħad ipprattikawhom flimkien waqt lejla mal-familja d-dar.  Għallmu lit-tfal jagħtu attenzjoni partikolari għall-kliem.  Iddiskutu l-messaġġi tal-innijiet.

Jekk aħna l-ġenituri nagħmlu sforz u niddedikaw il-ħin, aħna nistgħu ngħinu lil uliedna japprezzaw ħafna iżjed il-laqgħat tal-knisja.  U l-isforz li ninvestu issa biex ngħinuhom jiksbu l-ħiliet ta’ smigħ għad jirrendilhom qligħ etern.