Lista tal-Ideat:

Nieħdu l-aħjar mil-Laqgħa tas-Sagrament

Miż-żgħożija tal-Harlem First u Second Qasam, il-Wited ta’ Manhattan fi New York

Qatt smajt lil xi ħadd jgħid, “Dik kienet laqgħa tas-sagrament mill-isbaħ,” u tistaqsi jekk kinux fl-istess laqgħa li kont fiha? Il-laqgħa tas-Sagrament hija maħsuba biex tbierek lil ħajjitna, iżda biex verament nieħdu l-aħjar li nistgħu minnha, jeħtieġ li ninvestu ftit minna nfusna. Hawn xi suġġerimenti dwar …

Is-sagrament:

  • Bħala parti mill-istudju tiegħek ta’ kuljum, aqra x’għandha xi tgħid l - iskrittura fil-Gwida Tematika dwar is-“Sagrament.”
  • Ipprepara qabel il-laqgħa. Asal kmieni, isma’ l-mużika introduttorja, u fittex rivelazzjoni.
  • Waqt l-innu tas-sagrament, aħseb tassew fil-kliem tal-innu.
  • Aħseb f’moħħok għaliex qed tieħu s-sagrament.
  • Iffoka fuq it-talb kif qed jingħad. Aħseb fik innifsek bħala dak li qed jintrabat taħt patt.

It-taħditiet:

  • Iddeċiedi li se titgħallem imqar ħaġa waħda ġdida minn kull wieħed mill-kelliema. Imbagħad, isimgħu sewwa.
  • Jekk kelliem jidher nervuż, tbissem u għamel kuntatt b’għajnejk. Evita li tfesfes f’widnejn ħaddieħor. Tkun trid l-istess ħlewwa u rispett jekk int tkun fil-pulptu. U l-ħsieb tiegħek se jgħinek tistieden lill-Ispirtu biex jgħallmek.
  • Immaġina li se jkollok tikteb rapport dwar taħdita. X’punti tajbin qed jagħmel il-kelliem?
  • Ikteb il-mistoqsijiet dwar is-suġġett ta’ taħdita sabiex tkun tista’ tirriċerkahom aktar tard.
  • Ġib ħabib mhux membru jew inqas attiv. Issib ruħek tagħti attenzjoni u titgħallem aktar f’każ li l-ħabib tiegħek ikollu mistoqsijiet jew ikun irid jitkellem dwar dak li jkun sema’.
  • Ftakar li jekk tersaq lejn it-taħditiet b’ attitudni li trid titgħallem, l-Ispirtu jista’ jgħallmek l affarijiet li għandek bżonn titgħallem, anki jekk il-kelliema ma jsemmuhomx direttament.