Skrittura
Ftakru li intom għandkom tibnu l-pedament tagħkom fuq il-blata tal-Feddej tagħna, li hu Kristu, l-Iben t’Alla; ħalli meta x-xitan jibgħat l-irwiefen qawwija tiegħu, iva, meta jixħtilkom il-lanez tiegħu, iva, meta l-forza tas-silġ u tat-tempesta tiegħu tinżel fuqkom, dan kollu ma jkollu l-ebda qawwa biex lilkom titfagħkom ’l isfel sal-abbiss tal-miżerja u l-inkwiet bla tmiem, minħabba l-blata li intom tinsabu mibnijin fuqha, li hija pedament fiż-żgur, pedament li jekk il-bnedmin jibnu fuqu ma jfallu qatt ((Ħelaman 5:12).
Mistoqsijiet
- Fl-iskeda ta’ kuljum tagħna li tħallina bla nifs, xi jfisser li jkollna ħajjitna verament ankrata fi Kristu?
- X’inhuma l-barkiet li jsegwu ħajja ankrata fi Kristu?
Oġġettiv
Il-ħin biex nibnu pedament sod fi Kristu mhuwiex waqt xi maltempata, iżda fiż-żminijiet kalma meta ma nkunux ninsabu f’nofs xi maltempata. Kulħadd se jkollu jgħaddi minn kull tip ta’ sfidi u nkwiet fil-ħajja. Satana jipprova jġarrabna u jeqridna, iżda meta nibnu l-pedament tagħna fuq Kristu u l-evanġelju tiegħu, aħna nkunu nafu kif induru lejh u nħossu l-paċi tiegħu.