Il-Gratitudni

Skrittura

Iżżu ħajr lil Alla f’kollox (D&P 98:1); Għandkom tirringrazzjaw lill-Mulej Alla tagħkom f’kollox (D&P 59:7); U issa nixtieq li intom tkunu umli,… dejjem troddu ħajr lil Alla għal kull ħaġa li intom tirċievu (Alma 7:23).

Mistoqsijiet

  • Għalfejn Alla jeħtieġ li aħna nuru l-gratitudni?
  • Għalfejn dawk li huma grati aktar ferħanin minn dawk li mhumiex?
  • X’inhi r-relazzjoni bejn li tkun grat u li jkollok it-talb tiegħek jiġi mwieġeb?

Oġġettiv

Li nkunu kapaċi nagħrfu l-barkiet li xeħet fuqna Alla hija don li Huwa jsawwab meta aħna b’mod sinċier nixtiequ u nitolbu għal din il-barka. Ma’ dak id-don għandna wkoll l-abbiltà biex nagħrfu jdejh f’ħajjitna u nirċievu l-gwida tiegħu.

 

Lura għas-Suġġetti