Skrittura
Hemm liġi, … li fuqha tiddependi kull barka—U meta niksbu xi barka mingħand Alla, din niksbuha permezz tal-ubbidjenza lejn dik il-liġi li hi marbuta magħha (D&P 130:20-21); Jekk inti tħares il-kmandamenti tiegħi u tibqa’ sħiħ sal-aħħar inti jkollok il-ħajja ta’ dejjem, li hija l-akbar rigal fost ir-rigali kollha ta’ Alla (D&P 14:7); Jiena, il-Mulej, marbut meta intom tagħmlu dak li ngħid jien; iżda meta ma tagħmlux dak li ngħid jien, ma nista’ nwegħidkom xejn. (D&P 82:10).
Mistoqsijiet
- Xi jfisser li tkun ubbidjenti?
- L-ubbidjenza kif tkattar il-libertà tagħna?
- Kif aħna marbuta f’rabta sikura ma’ Alla meta nħarsu l-patti miegħu?
Oġġettiv
Il-kmandamenti tal-Mulej huma stedina għall-ferħ. L-ubbidjenza lejn il-kmandamenti tipproteġina minn ħafna mid-duluri magħmula mill-bniedem ta’ din id-dinja, tintitolana ngawdu l-barkiet tal-Ispirtu u l-paċi li jġib, u tħejjina biex nerġgħu lura fil-preżenza tal-Mulej.