
L-ewwel, bit-talb ikkunsidra dwar dak li għandek tgħid. Jekk ingħatajt inkarigu, aħseb dwar dak li tħoss li hemm bżonn li jintqal. Jekk ma ngħatajtx inkarigu, fittex il-gwida tal-Ispirtu fl-għażla tas-suġġett.
It-tieni, irrevedi l-iskrittura u t-taħditiet tal-Konferenza Ġenerali li jgħallmu l-verit à duttrinali tas-suġġett. Identifika versi u siltiet qosra minn taħditiet li jistgħu jgħinu biex jgħallmu l-messaġġ tiegħek. Dawn il-versi jew kwotazzjonijiet se jservu bħala l-pedament duttrinali tat-taħdita tiegħek.
It-tielet, irrifletti fuq l-esperjenzi tiegħek stess, jew dawk t’ oħrajn, li juru l-veritajiet duttrinali li qed tgħallem. Ippjana li tuża esperjenzi li jelevaw u li jibnu l-fidi billi torbot l-esperjenzi mal-prinċipju jew kunċett li tkun qed tgħallem. Is-sinċerità se tkun fundamentali biex naċċessaw l-Ispirtu.
Ir-raba’, organizza ħsibijietek.
Fl-aħħar, agħti t-taħdita tiegħek, u ftakar biex tintroduċi s-suġġett tiegħek, tgħallem id-duttrina vera, taqsam l-esperjenzi personali, u tispiċċa bix-xhieda tiegħek u f’isem Ġesu Kristu.