Skrittura
U jekk inti tħares il-kmandamenti tiegħi u tibqa’ sħiħ sal-aħħar inti jkollok il-ħajja ta’ dejjem, li hija l-akbar rigal fost ir-rigali kollha ta’ Alla (D&P 14:7); Kristu qal: Jiena l-liġi, u d-dawl. Duru lejja, u ibqgħu sħaħ sal-aħħar, u intom ikollkom il-ħajja; għax lil dak li jibqa’ sħiħ sal-aħħar lilu jiena nagħtih il-ħajja ta’ dejjem (3 Nefi 15:9)
Mistoqsijiet
- X’inhuma l-aktar ostakli probabbli li jagħmluha diffiċli għal wieħed biex jibqa’ sod sat-tmiem?
- Li niffokaw fuq il-ħajja u l-espjazzjoni tas-Salvatur kif tista’ tgħinni nibqa’ sod sat-tmiem?
- Għaliex hi meħtieġa li nibqu sħaħ sa l-aħħar?
Oġġettiv
Meta aħna nkunu mwielda mill-ġdid spiritwalment, aħna nsiru ħlejjaq ġodda fi Kristu u ningħataw iċ-ċans li niġu ppruvati u nimxu ’l quddiem lejn il-ħajja eterna.