Skrittura
Dak li nidem minn dnubietu, huwa jkun maħfur, u jien, il-Mulej, ma niftakarhomx aktar. Huwa jistqarr u jiċħad id-dnub (D&P 58:42-43); L-ebda ħaġa mhux nadifa ma tista’ tgħammar fil-preżenza ta’ Alla (Moses 6:57; 3 Nefi 27:19).
Mistoqsijiet
- Xi rwol għandha l-indiema f’ħajti bħala adult meta l-parti l-kbira ta’ ħajti ngħixha skont l-evanġelju?
- X’inhu r-rwol tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu biex tgħinni nindem u nitjieb, u hekk nagħmel progress lejn id-dixxipulat?
Oġġettiv
Id-don tal-indiema hu disponibbli permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu, li sofra għal dnubietna. Aħna nikbru u nimxu ’l quddiem hekk kif nagħrfu dnubietna, nindmu, u nagħmlu patt li nimxu wara s-Salvatur sa tmiem ħajjitna.