Tkun magħmula r-rieda tiegħek, u mhux tiegħi

Skrittura

Ittama fil-Mulej b’qalbek kollha; u tafdax fl-għaqal tiegħek. Fih aħseb f’kull ma tagħmel, u huwa jwittilek triqatek (Proverbji 3:5-6).

Mistoqsijiet

  • Kif nistgħu nitgħallmu nafdaw fil-Mulej kemm fi żmijiet tajbin u dawk ħżiena?
  • Kif nistgħu nħarsu lejn il-ħajja ta’ Kristu u napplikaw l-eżempji għall-ħajjitna fi żminijiet ta’ traġedja (il-mewt ta’ xi ħadd għażiż għalina, it-telfien ta’ impjiegi, id-divorzju, eċċ)?

Oġġettiv

Meta nafdaw fil-Mulej aħna qatt m’aħna weħidna jew bla ħbieb. Huwa jsir l-ankra għal ruħna u aħna nkunu nafu li l-wegħdiet u l-patti tiegħu se jwassluna lura għandu.

 

Lura għas-Suġġetti