Saints, it-3 Volum jirrakkonta stejjer tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien madwar id-dinja

Il-kapitlu l-aktar riċenti tal-istorja uffiċjali tal-Knisja jenfasizza kontribuzzjonijiet mill-fidili Ewropej

father and daughter reading a book together
Saints Volume 3, book

It-tielet volum antiċipat ħafna ta' Saints: The Story of the Church of Jesus Christ in the Latter Days kien ippubblikat illum f'14-il lingwa, u hekk leħaq udjenza globali. Dan l-aħħar ktieb, Boldly, Nobly, and Independent, jirrakkonta l-istorja tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien mill-1893 sal-1955—u jinkludi l-bini tal-ewwel tempju fuq art Ewropea u l-esperjenza li tipprattika t-twemmin wara l-Purtiera tal-Ħadid.

Saints, Volume 3 issa huwa disponibbli li jinxtara mill- ħanut onlajn tal-Knisja u ħwienet oħra. Il-verżjoni diġitali hija disponibbli b'xejn mill- websajt tal-Knisja u fis-sezzjoni tal-Istorja tal-Knisja fl-app Librerija tal-Evanġelju .

Il-volumi preċedenti ta' Saints jiffokaw fuq ir-Restawrazzjoni bikrija hekk kif il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien inġabru biex jibnu t-tempji f'Kirtland, Nauvoo, u Utah. Għalkemm dawn il-kotba inkludew stejjer mill-Ingilterra, L-Iskandinavja, u l-Gżejjer Paċifiċi, huwa fit-3 Volum li l-istorja ssir tassew globali. Iktar min-nofs il-ktieb iseħħ barra mill-Istat Uniti, bi stejjer li jiġru fl-Ewropa, l-Asja, l-Afrika, l-Amerka Ċentrali u ta' Isfel, u l-Oċeanja. Fil-kulmini tal-ktieb, il-President David O. McKay jiddedika t-Tempju Svizzeru, l-ewwel wieħed fl-Ewropa. Il-Qaddisin Ewropej ma kellhomx iktar il-bżonn li jaqsmu l-oċeani biex jipparteċipaw bi sħiħ fl-evanġelju rrestawrat.

Saints books

'Il-qarrejja se jispiċċaw jifirħu, u xi drabi jitnikktu, hekk kif jitgħallmu dwar l-esperjenzi ta' Qaddisin madwar id-dinja,' qal il-Presbiteru LeGrand R. Curtis Jr., Storiku u Reġistratur tal-Knisja. 'F'dan il-volum ġdid naraw l-ewwel xeni ta' tempji jbierku lill-membri tal-Knisja barra mill-Amerika ta' Fuq, u nosservaw l-influwenzi qawwija li l-ordinanzi f'dawk it-tempji għandhom fuq il-Qaddisin.'

Filwaqt li ħafna qarrejja huma familjari ma' perjodi iktar bikrija tal-istorja tal-Knisja, Saints, Volume 3 jitfa' dawl fuq perjodu ftit li xejn magħruf tal-istorja tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Huwa żmien ta' modernizzazzjoni, li tibda minn nies li jivvjaġġaw b'karettuni taż-żwiemel u li jikkomunikaw bit-telegrafu u li tispiċċa fi żmien il-jets supersoniċi u televiżjoni bil-kulur.

'It-3 Volum ikopri perjodu ta' trasformazzjonijiet drammatiċi fid-dinja u fil-knisja, kemm fl-istituzzjoni u kemm fil-ħajja u l-esperjenzi ta' kuljum tan-nies,' qalet Lisa Olsen Tait, waħda mill-edituri ġenerali tas-serje. 'Aħna nuru dawk it-trasformazzjonijiet permezz tal-għajnejn ta' Qaddisin ordinarji mad-dinja kollha—żagħżugħ li jħaddan is-saċerdozju f'Cincinnati, sister missjunarja fil-Hawaii li titkellem bil-Ġappuniż, koppja għadha tiżżewweġ li qed tiffaċċja l-inċertezza u restrizzjoni wara l-Ħajt ta' Berlin.'

two young women read a book together

Hekk kif il-qarrejja jiltaqgħu fil-ktieb ma' tbatijiet ħorox ekonomiċi, gwerer globali brutali, u influenza pandemika, huma se jagħrfu li li żżomm sħiħ fil-fidi fi żminjiet diffiċli mhijiex xi ħaġa ġdida għall-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Hemm stejjer ta' nisa u rġiel li jseffqu wiċċhom ma' dubju u oppressjoni, iżda wkoll stejjer ta' tama u rikonċiljazzjoni hekk kif membri tal-Knisja minn rajhom ifittxu li jservu u jbierku lil għajrhom.

Għall-qarrajja li jridu jidħlu iktar fil-fond fl-istorja tal-Qaddisin, il-Knisja ppubblikat ukoll għexieren ta' Suġġetti tal-Istorja tal-Knisja fil-Librerija tal-Evanġelju, u hekk pprovdiet introduzzjonijiet iddettaljati għal suġġetti li jvarjaw mid- Dipressjoni l-Kbira sa Seminarji u Istituti. Illum ukoll qed issir it-tnedija tat- tielet staġun tal-podkast ta' Saints, li jeħodna wara l-kwinti biex insiru nafu iktar dwar in-nies u l-avvenimenti fil-ktieb. L-istaġuni preċedenti tal-podkast leħqu mijiet ta' eluf ta' semmiegħa.

Saints, li eventwalment se jkun jikkonsisti f'erba' volumi, huwa t-tielet storja uffiċjali f'diversi volumi maħruġa mill-Knisja. Joseph Smith ikkommissjona u ssorvelja l-kitba tal-ewwel storja tal-Knisja fis-snin 30 tas-seklu dsatax, u din ġiet ippubblikata fl-1842. It-tieni storja kienet ippubblikata fl-1930 mill-Assistent Storiku tal-Knisja B. H. Roberts, qabel ma s-sħubija tal-Knisja kienet leħqet il-miljun.