Adulti żgħażagħ minn madwar l-Ewropa dan l-aħħar attendew preżentazzjoni bit-titlu “Inrawmu perspettiva pożittiva dwar is-sesswalità,” li ttellgħet f’Berlin, il-Ġermanja, minn Servizzi tal-Familja fi ħdan il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fir-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa. Servizzi tal-Familja kienet mistiedna biex tappoġġja l-konferenza dwar servizz tal-adulti żgħażagħ li ġiet organizzata matul l-Olimpjadi Speċjali ta’ Berlin billi toffri dan il-workshop b’rispons għat-tweġibiet ta’ sondaġġ li sar mill-parteċipanti dwar x’suġġetti jixtiequ jiffukaw fuqhom. Din hija l-ewwel darba li dan il-workshop ġie organizzat fl-Ewropa u ntlaqa’ tajjeb ħafna minn dawk li attendew. Diskussjonijiet u taħriġ dwar sesswalità sana se jkomplu waqt inizjattivi simili.
Dan it-taħriġ, li ħadu sehem fih madwar 140 parteċipant u parteċipanta, inkluż għaxar koppji miżżewġin, iffoka fuq l-bżonn li titneħħa l-istigma fid-diskussjoni fost adulti żgħażagħ dwar sesswalità billi wieħed jiffoka fuq fatti xjentifiċi, u jkun hemm sapport min-naħa tar-riżorsi u l-prinċipji mgħallma u pprovduti mill-Knisja. Il-workshop kien imtenni erba’ drabi separati, kull wieħed minn preżentatur differenti: Rocio Gutiérrez, Maniġer ta’ Servizzi tal-Familja fl-Ewropa Ċentrali u Stefanie Dzierzon, Katja Fischer u Adriane Cavallini, Konsulenti ta’ Servizzi tal-Familja fil-Ġermanja. “Għoġobni ħafna kemm l-għalliema tkellmet b’mod miftuħ dwar kwalunkwe suġġett li ġiet mistoqsija dwaru,” qalet waħda parteċipanta.
Fost is-suġġetti li ġew diskussi waqt dan l-avveniment kien hemm “Ġismi u t-tfassil divin tiegħu: insiru nafu u naċċettaw lil ġisimna (inkluż l-organi sesswali tagħna),” “Kif nitkellmu dwar ġisimna,” “Id-divinità ta’ relazzjonijiet sesswali,” li kien jinkludi l-importanza li nikkontrollaw ħsibijietna u l-azzjonijiet tagħna. Din il-preżentazzjoni ddefiniet u ddiskutiet ukoll l-importanza li nifhmu dwar kunsens, abbuż sesswali, u l-perikli tal-pornografija.
Wieħed mis-sorsi li saret referenza għalihom matul is-seminar kien artiklu mir-rivista tal-knisja The Liahona. Fl-artiklu, il-President Russel M. Nelson, il-president tal-knisja, huwa kkwotat li qal, “Kull organu f’ġisimkom huwa rigal tal-għaġeb minn Alla”. L-artiklu jkompli jgħid, “…ovvjament dan jinkludi l-organi sesswali. Dawn inħolqu bi skop għaqli u sta għalina biex nitgħallmu nużawhom f’modi li l-Mulej iridna nużawhom.” (Inrawmu perspettiva pożittiva dwar is-sesswalità, Liahona, Awwissu 2020).
Bosta parteċipanti kkummentaw li apprezzaw li l-preżentazzjoni kienet waħda onesta, miftuħa, u li indirizzat b’mod dirett suġġetti tradizzjonalment meqjusa taboo. Wieħed parteċipant waqt it-taħriġ qal, “Għoġbitni ħafna li tkellmina b’mod sempliċi u ċar dwar l-intimità sesswali mingħajr ma ħassejniena imbarazzati jew maqtugħin minn dak li l-adulti żgħażagħ għandhom bżonn jisimgħu.”
Waqt li kienu qed jiddiskutu l-importanza ta’ konverżazzjoni miftuħa dwar is-sesswalità, il-preżentaturi kkwotaw mill-ġdid minn The Liahona meta qalu, “Jekk għandna sentimenti negattivi dwar is-sesswalità tagħna, aktarx inkunu neħtieġu li nifhmuha aħjar.” (Inrawmu perspettiva pożittiva dwar is-sesswalità, Liahona, Awwissu 2020).
Parteċipant ieħor qal li l-iktar ħaġa favorita tiegħu jew tagħha kienet it-tagħlim ta’ informazzjoni ġdida li ċċarat sew kunċetti żbaljati li huma kellhom qabel dwar sesswalità. Barra minn hekk, biddlet il-perspettiva tiegħu jew tagħha dwar in-natura eterna ta’ ġisimhom. Partċeipanti oħra apprezzaw il-kjarezza tal-Knisja dwar is-suġġett tas-sesswalità, il-fokus fuq l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, u s-soluzzjonijiet u r-riżorsi li kienu pprovduti fil-preżentazzjoni.
Affarjiet li għandek tagħmel biex toħloq perspettiva sana dwar is-sesswalità
L-għan intenzjonant ta’ dan is-seminar kien li jgħallem lill-adulti żgħażagħ li issa jistgħu jagħmlu xi ħaġa biex joħolqu perspettiva propizja dwar is-sesswalità u jitħejjew għal relazzjoni sesswali sana ma’ żewġhom jew marthom fil-futur.
Skont il-preżentazzjoni, l-erba’ affarjiet li wieħed jista’ jagħmel issa biex iħejji ruħu jinkludu:
- Jitlob u jistudja kliem il-profeti biex ikollu perspettiva koretta tas-sesswalità.
- Jitgħallem dwar is-sesswalità minn kotba u artikli tajbin.
- Jisfida taboos sesswali, attitudnijiet nagattivi, u kunċetti żbaljati.
- Ifiq minn trawma sesswali jew dipendenzi fuq sess, inkluż l-użu tal-pornografija.
Riżorsi
Teżisti t-tama u l-għajnuna għal dawk li qed jitħabtu ma’ trawma sesswali jew dupendenza fuq sess, inkluż il-pornografija. Hawn isfel għandek issib riżorsi li jgħinu biex issib gruppi ta’ sapport iċċentrati fuq Kristu u informazzjoni oħra li twassal biex titrawwem perspettiva sana dwar sesswalità.
Biex titgħallem iżjed dwar x’għallmet il-Knisja dwar sanità sesswali:
Liahona August 2020 (bosta artikli dwar sesswalità)
Għajnuna biex tegħleb l-użu tal-pornografija:
Programm ta’ rkupru minn dipendenza: Fejqan tas-Salvatur
Sib gruppi ta’ awto-assistenza bi program ta’ 12-il pass taħt www.lifehelpeurope.org
Ara “Programm ta’ rkupru minn dipendenza”
Għajnuna fil-fejqan minn abbuż sesswali:
Fejqan minn Abbuż Sesswali: Fejqan permezz tas-Salvatur
Sib gruppi ta’ sapport għal nies li esperjenzaw l-abbuż sesswali fuq www.lifehelpeurope.org
Ara “Abbuż (ingħaqad ma’ grupp lokali)”
Riżorsi oħra rakkomandati għall-ġenituri:
Nindirizzaw il-Pornografija: https://www.churchofjesuschrist.org/study/life-help/pornography?lang=eng
Kif għandi nkellem lil uliedi dwar sesswalità sana? https://www.churchofjesuschrist.org/study/manual/help-for-parents/talk-about-healthy-sexuality?lang=eng