Li sservi lill-Mulej bħala missjunarju huwa privileġġ sagru. Dan iġib barkiet eterni lill-persuna u lil dawk li hu jew hi jservu (ara Doctrine and Covenants 18:14–16). Is-sejħiet missjunarji jinkludu assenjazzjoni biex tgħallem l-evanġelju, tissapportja l-ħidma tad-dipartimenti jew taqsimiet tal-Knisja, jew li sservi fil-komunità lokali. Għal iktar informazzjoni dwar servizz missjunarju żur:
(bl-ingliż)
- https://www.churchofjesuschrist.org/callings/missionary?lang=eng
- Service Missionary Opportunities within the Europe Area
X'tipi ta' missjonijiet jeżistu??
Kull assenjazzjoni [missjunarja] hija ggwidata minn rivelazzjoni u għalhekk hija adattata għall-missjunarju u l-ħtiġijiet ta' wlied Alla. [1] Wieħed jista' jservi kemm 'il bogħod mid-dar, u kemm mid-dar.
Missjoni 'l bogħod mid-dar
- Ġuvintur u tfajliet
Irġiel single (etajiet 18-25) u nisa single (etajiet 19-29) iservu 18-24 -il xahar f'missjoni assenjata. Ara l-Manwal Ġenerali 24.2.1 - Membri miżżewġin u nisa single ta' 40 sena jew iktar
Membri miżżewġin u nisa single ta' 40 sena jew iktar jistgħu jissejħu bħala missjunarji adulti jekk m'għandhomx tfal dipendenti. Huma normalment iservu 6-23 -il xahar. Ara l-Manwal Ġenerali 24.2.3
Missjoni mid-dar
- Ġuvintur u tfajliet
Xi missjunarji żgħażagħ huma assenjati li jservu fil-Knisja u l-komunità waqt li qed jgħixu d-dar. Huma normalment iservu 6-23 -il xahar. Ara l-Manwal Ġenerali 24.2.2 - Irġiel u nisa ta' 26 sena u iktar
irġiel u nisa ta' 26 sena u iktar jistgħu jissejħu bħala missjunarji anzjani ta' servizz. Tipikament huma jservu 6-23 -il xahar. Ara l-Manwal Ġenerali 24.2.3