Messaġġ mit-Tmexxija tar-Reġjun

Sir amministratur grat

Bħala nies li qegħdin infittxu lil Ġesù Kristu, il-logħba ta’ ħajjitna tiffoka fuq kemm aħna jirnexxielna nsibuh.

Elder Mark Stewart
Il-Presbiteru Mark G. Stewart, Renju Unit Sebgħin Reġjonali, Reġjun tat-Tramuntana tal-Ewropa

Meta l-Familja Stewart tinġabar flimkien, logħoba li dejjem tintlagħab hija “l-monopoli”. Xi kultant, il-ħajja tista’ tinħass qisha logħba tal-monopoli. Riċentiment, waqt avveniment tal-familja, marti Ailsa staqsietni: “Għaliex tħossok daqstant kuntent meta tilgħab din il-logħoba daqstant frustranti!? ” It-tweġiba tiegħi kienet waħda sempliċi. Jien nieħu gost bir-riskju li tinsab meta nilgħab il-logħba, mhux bir-rebħa jew it-telf.

Il-persuna li hija magħrufa (1) għall-ħolqient tal-kunċett tal-logħba, Lizzie Magie, kienet bint immigranti Skoċċiżi. Hi sejħitha “Il-logħba tal-ħajja”, bl-iskop li wieħed jesperjenza personalment kif tinħass l-akkumulazzjoni tal-ġid jew, it-telf tal-ġid. Kisbet popolarità mifruxa permezz tal-Quakers, li rawha bħala għodda mill-aktar prezzjuża għall-preżentazzjoni tal-kapitaliżmu minn perspettiva differenti.  Charles Darrow ġab il-logħba għal suċċess kummerċjali u sar miljunarju. B’kuntrast, Lizzie ironikament ma kisbet xejn.

woman folding her hands over her heart

Bħala nies li qegħdin infittxu lil Ġesù Kristu, il-logħba ta’ ħajjitna tiffoka fuq kemm aħna jirnexxielna nsibuh. (2) Li qegħdin infittxu lil Ġesù Kristu huwa privileġġ la darba nifhmu li Hu fassal it-triq għalina biex kemm insibuh kif ukoll insiru bħalu. Jiena sibt li li nkun amministratur grat qed jagħmilli differenza kbira fil-vjaġġ tiegħi lejh.

L-isem tal-familja tagħna ġej mill-amministraturi l-kbar tal-Iskozja. L-irwol ta’ qaddejja Stewarts wassal biex eventwalment isiru ġenerazzjoni ta’ Slaten. Bl-istess mod, bħala nies li qegħdin infittxu lil Ġesù Kristu, aħna qaddejja, imqaddsa permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu, biex insiru bħalu.

Il-motto tal-Familja tagħna huwa “Virescit vulnere virtus”, li tfisser “Aħna nikbru fil-kuraġġ meta midruba nkunu”. Jien qed insib li l-kuraġġ tiegħi huwa l-aktar qawwi meta jien, bħala amministratur, nifhem fejn jinsabu l-għan veru tiegħi u l-qawwa reali tiegħi.

Rivelazzjoni mogħtija ġewwa Kirtland, Ohio, mill-Profeta Joseph Smith fis-sena 1831, tindirizza s-sinifikat tal-amministrazzjoni:  “U tassew inti trattajt din il-ħaġa b’għaqal għax il-Mulej jeħtieġ minn kull amministratur li jagħti rendikont tal-amministrazzjoni tiegħu, kemm f’dil-ħajja u fl-eternità.” (3) Din il-kontabilità hija mill-aktar importanti għall-wegħdiet aħħarija tal-amministraturi fidili. “Intom min tgħidu li hu l-qaddej fidil u għaqli? .. Li jafdalu ġidu kollu f’idejh.” (4)

L-istess bħal fil-logħba tal-monopoli, l-oppost li tkun Amministratur huwa li tkun sid ingrat. Dak li jiena nippossedi nista’ niddefinixxieh bħala dak li hu l-aktar importanti għalija huwa dak li jiena għandi u hu importanti għalija. (5) Alternattivament, l-amministrazzjoni hija dak li hu l-aktar importanti għalija hija min tahieli jew afdaha f’idejja. (6) Kif nilagħbu l-logħba tal-ħajja tista’ tkun ta’ trasformazzjoni meta nifhmu lil min naqdu, hekk kif nippruvaw intejbu l-ġrajjiet (ir-riskji) li jseħħu fil-vjaġġ tagħna madwar il-bord fil-logħba kbira tal-ħajja. 

Bħal-logħba tal-monopoli, il-ferħ meta tixtri l-karta bil-proprjetà prestiġjuża ta’ Park Lane, jew b’kuntrast, meta ssib ruħek sfortunat fuq karta ta’ ċans, jew f’xi każijiet, meta titlef flusek kollha fuq it-tefgħa ta’ dadi, il-logħba tal-ħajja se twassal kemm it-tajjeb kif ukoll il-ħażin, il-ferħ u d-dwejjaq.  L-appostlu Pawlu enfasizza l-attitudni li għandna bżonn biex insiru amministraturi eċċezzjonali. (7) “Iżżu ħajr lil Alla f’kollox”.

Bħala amministraturi grati, ħajjitna tista’ tieħu tifsira ferm aqwa minn kull ħaġa li d-dinja tista’ toffri, ħajjitna tista’ letteralment tkun tila għall-glorja t’Alla, kif David qasam magħna fis-salmi “Alla huwa s-sid.” “Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, id-dinja u kull ma jgħix fiha”. (8)

Nistedinkom biex issiru amministraturi grati hekk kif tilagħbu din il-logħba diffiċli tal-ħajja. Jekk inkunu fidili, aħna niġu sostnuti bit-tama li tinsab f’Ġesù Kristu u l-wegħdiet kollha li għamlilna.

“Li jafdalu ġidu kollu f’idejh”.

F’isem Ġesù Krtistu, Ammen.


Noti:

  1. The New York Times, Monopoly’s inventor: The progressive Who didn’t pass go. (2015)
  2. Għeter 12:41
  3. D&C 72:2
  4. Mattew 24:45-47 
  5. Oxford Dictionary (ownership)
  6. Merriam-Webster Dictionary (Stewardship)
  7. 1 Tessalonikin 5:18
  8. Salm 24:1