Spejjeż tal-Vaganzi għall-Ġid Globali

Magni tal-Għotjiet Jaslu Vjenna

Vjenna, l-Awstrija. 13 ta’ Novembru, 2025 – Fi Vjenna, dawk li qed jagħmlu x-xiri tagħhom għall-vaganzi qed jiskopru metodu ġdid kif jagħmlu differenza. Nhar il-Ħamis, 13 ta’ Novembru, il-belt laqgħet l-ewwel Magna tal-Għotjiet fi ħdana, il-magni tal-bejgħ ta’ lewn aħmar jgħajjat li jagħtuk kompassjoni minflok ħelu, u hekk jistiednu lin-nies li jinzertaw għaddejjin minn hemm biex jittrasfromaw spejjeż ordinarji f’għemejjel ta’ ġenerożità globali.

Ir-rappreżentanti minn NGOs lokali prominenti - VinziWerke, Ronald McDonald Kinderhilfe, World Vision, and Diakonie -inġabru flimkien għaċ-ċerimonja tal-qtugħ taż-żigrella. L-atmosfera festiva, mħawra b’eżekuzzjonijiet minn mużiċisti preżenti, wasslet biex inħoloq serbut sħiħ ta’ pubbliku kurjuż, ilkoll bix-xewqa biex jagħmlu l-ewwel donazzjoni tagħhom.

Il-Magni tal-Għotjiet huma parti minn inizjattiva globali tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, imnieda fl-2017 biex tispira l-għoti karitattiv b’meodi kreattivi u aċċessibbli. Din l-inizjattiva, li għandha l-għeruq tagħha fit-tagħlim ta’ Ġesù Kristu li qeda lill-fqar u serraħ lill-imtaqqlin, tistieden donaturi biex jimxu fuq l-eżempju tiegħu billi jixtru oġġetti bi ħtieġa speċifika – ikliet għall-familji, mediċini, materja tal-iskola, jew, f’xi każi, bhejjem għall-komunitajiet li qed jiżviluppaw.

Fl-Awstrija, is-sħab tal-Magni tal-Għotjiet jinkludu lil VinziWerke li tipprovdi kenn ta’ kuljum u għajnuna ezzenzjali li mijiet ta’ nies li m’għandhomx dar; Ronald McDonald Kinderhilfe li toffri “djar ’il bogħod mid-dar” għal familji ta’ tfal b’mard serju ħdejn sptarijiet ewlenin; World Vision Österreich li tiffoka fuq l-għajnuna tat-tfal u komunitajiet jegħlbu l-faqar u l-ġuħ, u konie Österreich, waħda mill-ikbar organizzazzjonijiet ta’ servizzi soċjali fin-nazzjon, li tagħti sapport lil eluf ta’ nies permezz ta’ edukazzjoni, kura medika, għajnuna lir-refuġjati, u programmi ta’ inklużjoni soċjali.

Id-donazzjonijiet kollha imorru direttament għand l-organizzazzjonijiet parteċipanti, filwaqt li mija fil-milja tal-fondi jaslu għand il-karitajiet seletti.

Id-direttur ta’ Diakonia, Maria Katharina Moser, enfasizzat li “l-Magna tal-Għotjiet tagħmel l-impenn soċjali u l-karità Kristjana xi ħaġa tanġibbli matul l-Avvent. Flimkien, nistgħu nipprovdu għajnuna tabilħaqq konkreta għal nies fil-bżonn – bħal, ngħidu aħna, ikla sustanzjuża, materja ta’ tagħlim, jew kura medika għal nies minħajr assigurazzjoni ta’ saħħa.”

Minn meta beda l-programm, il-Magni tal-Għotjiet madwar id-dinja ġabru iktar minn 22 miljun dollar Amerikan, u hekk ffundaw proġetti madwar id-dinja kollha. Minn New York sa Manila, u issa fi Vjenna, il-moviment ikompli jikber hekk kif mies ta’ kull sfond soċjali jingħaqdu flimkien ilkoll wara xewqa waħda biex jgħinu lil ħaddieħor.

Il-Presbiteru Rubén V. Alliaud, il-President tar-Reġjun Ċentrali tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, attenda l-avveniment u stqarr li t-tnedija fi Vjenna “turi kif għażliet żgħar u personali jistgħu jimmultiplikaw f’xi ħaġa sabiħa għall-komunità kollha.”

Rappreżentanti mill-NGOs sħab semmew stejjer ta’ kif anki kontribuzzjonijiet modesti jista’ jkollhom effetti li jagħmlu differenza kbira fil-ħajja, ikla tajba, kowt li jsaħħan, ktieb tal-iskola, li kull wieħed minnhom jissimbolizza t-tama.

Il-Magni tal-Għotjiet se jibqgħu miftuħin għall-pubbliku matul l-istaġun tal-Milied, u joffru lil kull minn jinsab fi Vjenna l-opportunità li jieħu sehem f’xi ħaġa tassew sinifikattiva: li jwasslu l-ferħ lil ħaddieħor, sempliċiment b’għafsa ta’ buttuna