Frankfurt am Main

Stedina biex Tara l-Konferenza Ġenerali ta' April 2023

Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tistieden lil kulħadd li jingħaqad ma' miljuni ta' nies madwar id-dinja biex jisimgħu messaġġi kollhom ispirazzjoni ta' tama u tiġdid minn profeti u appostli ħajjin matul il-konferenza ġenerali tal-Knisja li se sseħħ- is-Sibt u l-Ħadd, 1–2 ta' April, 2023.

Christ with people on Palm Sunday

Li jsegwu din ix-xandira reliġjuża jgħin lil infividwi jitgħallmu dwar Ġesù Kristu, li jsaħħu r-relazzjoniji personali tagħhom mas-Salvatur, u jesperjenzaw paċi, tama, u hena li jiġu meta wieħed jimxi warajh. Il-Qaddisn tal-Aħħar Żmien kollha, il-ħbieb tal-Knisja, u oħrajn huma mħeġġin u mistiedna jipparteċipaw fi tmiem il-ġimgħa ta' Ħadd il-Palm.

'Il-konferenza ġenerali tagħtina opportunità li nirċievu rivelazzjoni personali hekk kif mexxejja ġenerali tal-Knisja jagħtu kunsill u direzzjoni.' kitbu l-membri tal-Ewwel Presidenza tal-Knisja. 'Aħna nħeġġu lill-membri jisimgħu, jistudjaw, jixtarru, u japplikaw il-kunsill mogħti.'

Ix-xandira globali toriġina miċ-Ċentru tal-Konferenzi fil-Belt ta' Salt Lake, Utah, l-Istat Uniti tal-Amerka, u tikkonsisti f'ħames sessjonijiet ġenerali separati, ta' sagħtejn-il waħda, għall-udjenzi kollha fuq medda ta' jumejn. Il-ħinijiet jitniżżlu skont CEST – Central European Summer Time (Ħin tas-Sajf taċ-Ċentru tal-Ewropa).

 

Is-Sibt, 1 ta' April 2023

Is-Sibt, 1 ta' April, 18:00 (6 p.m.) CEST - Sessjoni tas-Sibt Filgħodu

Is-Sibt, 1 ta' April, 22:00 (10 p.m.) CEST - Sessjoni tas-Sibt Wara Nofsinhar

 

Il-Ħadd, 2 ta' April 2023

Il-Ħadd, 2 ta' April 14:00 (2 p.m.) CEST - Sessjoni tas-Sibt Filgħaxija

Il-Ħadd, 2 ta' April 18:00 (6 p.m.) CEST - Sessjoni tal-Ħadd Filgħodu

Il-Ħadd, 2 ta' April 22.00 (10 p.m.) CEST - Sessjoni tal-Ħadd Wara Nofsinhar

Għal informazzjoni dwar kif tattendi sessjoni tal-konferenza ġenerali fiċ-Ċentru tal-Konferenza, jekk jogħġbok ara l-paġba Temple Square Live Events.

 

Kif Tara u Tisma' Live?

Is-sessjonijiet kollha tal-konferenza se jkunu strimjati live fuq il-paġna live broadcasts ta' ChurchofJesusChrist.org f'iktar minn 70 lingwa. L-ispettaturi jistgħu wkoll jaraw u jisimgħu fuq il-General Conference YouTube channel; l-app Gospel Library; u stazzjonijiet oħra tar-radju, televiżjoni, satellità, u diġitali.

Kif Tara u Tisma' Wara?

Wara x-xandira, il-messaġġi se jkunu disponibbli bħala test, awdjo u vidjo fuq bosta stazzjonijiet biex wieħed jarahom on-demand u għall- istudju. Dawn l-istazzjonijiet jinkludu Gospel Library, Gospel Media, il-General Conference YouTube channel, il-General Conference podcast u ċ-Church magazines.

Kif Tħejji Ruħek għall-Konferenza Ġenerali

Għin lit-tfal u ż-żgħażagħ jitħejjew biex jaraw il-konferenza ġenerali permezz ta' Attivitajiet tal-Konferenza Ġenerali għat-Tfal u Żgħażagħ.”

Riżorsi Addizzjonali

Uħud minn dawn ir-riżorsi jistgħu jkunu disponibbli f'għażla ta' lingwi biss.