Stqarrija minn Dallin H. Oaks, President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu

Dallin H. Oaks, il-President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, wassal il-messaġġ li ġej fuq l-istazzjonijiet tal-midja soċjali tal-Knisja nhar it-Tnejn, 29 ta’ Settembru, 2025. 

“Qalbna mtaqqla bin-niket. Ninsabu bil-miljuni mqanqlin bil-mewt tal-Profeta u President tagħna, Russell M. Nelson. Kien ħabib u mexxej għażiż. It-tagħlim bla heda tiegħu jkompli jiggwidana u jgħinna nsibu l-faraġ fost it-tbatija, speċjalment fid-dawl tal-vjolenza riċenti mmirata lejn il-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien f’Michigan il-Ħadd li għadda. 

“It-traġedja kerha li seħħet fi Grand Blanc, Michigan, fit-28 ta’ Settembru, tfakkarna fir-responsabbiltajiet sagri tagħna bħala segwaċi ta’ Ġesù Kristu. Nitnikktu mal - membri tagħna li tilfu l-maħbubin, u ningħaqdu fit-talb għall-faraġ m’oħrajn madwar id-dinja li qed ibatu minn traġedji simili. Ilkoll kemm aħna nfittxu t-tweġibiet u l-għarfien wara t-trawma, ix-xokk, u n-niket. Aħna grati lejn dawk kollha li qed jipprovdu servizz, talb, u kliem t’appoġġ f’dan iż-żmien diffiċli. 

“Jalla lkoll niftakru fil-verità li kull wieħed u waħda minna huwa u hija wild għażiż ta’ Alla. Is-Salvatur tagħna Ġesù Kristu, permezz tal-Espjazzjoni infinita tiegħu, għeleb il-mewt u jagħtina l-assigurazzjoni ferrieħa li kull wieħed minna se jiġi rxoxtat glorjożament. F’isem il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, infarraġ b’dan il-kliem lill-familja u l-ħbieb ta’ dawk milquta minn din it-traġedja riċenti u l-oħrajn kollha li forsi qed jesperjenzaw telf u swied il-qalb f’dan iż-żmien.”