Pariġi, Franza

Tiġri maratona u tgħix l-evanġelju ta' Ġesù Kristu

Żewġ atleti tal-maratona Olimpiċi, f'Pariġi u fil-Ħajja

runners celebrating
Conner Mantz, fuq ix-xellug, u Clayton Young, fuq il-lemin, jiċċelebraw ma' Ed Eyestone, il-kowċ tal-irġiel tal-cross-country fil-BYU wara li Mantz u Young daħlu l-ewwel u t-tieni fil-Provi tal-Olimpjadi fl-Istat Uniti 2024 fi Florida fit-3 ta' Frar 2024. Ritratt ta' Kevin Morris.

Huma u jitħejjew biex jitilqu lejn Pariġi fl-24 ta' Lulju 2024, l-atleti tal-maratona mit-tim Olimpiku tal-Istat Uniti tal-Amerka, Conner Mantz u Clayton Young, jirriflettu fuq il-vjaġġ tagħhom u s-similaritajiet bejn li wieħed jiġri maratona u li jgħix l-evanġelju ta' Ġesù Kristu. 'Maratona hija sempliċi ħafna. Hija 42.2 kilometru, sieq quddiem l-oħra,' jgħid Clayton Young. 'L-evanġelju huwa wkoll sempliċi ħafna. Imma fl-aħħar mill-aħħar, it-tnejn jistgħu jkunu ebsin ħafna.'

Young, 30, u Mantz, 27, huma membri devoti tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien u ltaqgħu bħala atleti tal-ġiri fl-istess kulleġġ ta' Brigham Young University (BYU). Young kien diġà ilu hemmhekk tliet snin meta Mantz daħal bħala student tal-ewwel asena fl-2017. Young ħa ħsieb lill-atleta żagħżugħ u hekk nibtet bejniethom ħbiberija qawwija.

Young u Mantz it-tnejn bdew jiġru meta kellhom dawk il-11-il sena u kien mħeġġin kemm mill-ġenituri u ħbieb tagħhom. Il-kowċ tagħhom tal-BYU, Ed Eyestone—rebbieħ darbtjen fl-Olimpjadi fil-maratona tal-irġiel—ispirahom biex jippruvaw il-maratona. Imtlew bil-passjoni u l-mira tagħhom saret l-Olimpjadi.

athletes celebrating
Fil-Maratona ta' Chicago fl-2023, Mantz (xellug) u Young it-tnejn għamlu l-ħinijiet biex jikkwalifikaw għall-Olimpjadi ta' Pariġi fl-2024. Ritratt © Bank of America Chicago Marathon/Kevin Morris.

Matul is-snin, iż-żewġt iħbieb imbuttaw u ssapportjaw lil xulxin. 'Inħossuna responsabbli għal xulxin, u nimmotivaw lil xulxin,' qal Young. Fil-Provi tal-Maratona tal-Olimpjadi fi Florida fi Frar li għadda, Mantz jgħid li kien bis-saħħa ta' Young li hu rnexxielu jegħleb parti diffiċli lejn l-aħħar tat-tellieqa. Fl-aħħar spiċċaw l-ewwel u t-tieni post, u b'hekk żguraw posthom f'Pariġi 2024.

Young u Manz it-tnejn servew b'mod volontarju missjoni full-time għall-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, u għalhekk waqfu għal sentejn mill-ġiri biex jaqsmu ma' oħrajn it-tagħlim ta' Ġesù Kristu u biex jipprovdulhom servizz. 'Il-missjoni tiegħek affettwatli ħajti kollha,' qal Mantz, li serva fil-Gana, il-Punent tal-Afrika, bejn l-2015 u l-2017. Young, li serva f'North Carolina bejn 2012 u 2014, jgħid li l-missjoni tiegħu 'kattritlu s-saħħa mentali tiegħu u beda jara l-affarjiet b'perspettiva aħjar.'

Filwaqt li ż-żewġ atleti għamlu bosta sagrifiċċji personali biex iwettqu l-ħolma Olimpika tagħhom, il-Kowċ Eyestone jispjega li 'Huma n-nies li jissapportjawna li fil-fatt qed jagħmlu s-sagrifiċċji. Irridu nkunu l-aqwa li nistgħu nkunu sforz is-sagrifiċċji tagħhom.' Young iżid jgħid, 'It-tħejjija tagħna għall-Olimpjadi kienu jeħtieġu bosta sagrifiċċji għaliex din hija importanti ħafna u bosta nies kellhom sehem minnha. Kien pjaċir kbir li ninvolvu dan-nies kollha f'dan il-vjaġġ għal Pariġi.'

athletes running
Conner Mantx inaqqas l-aqwa ħin tiegħu b'29 sekonda fil-Maratona ta' Chicago fl-2023. Ritratt © Bank of America Chicago Marathon/Kevin Morris.

Apparti l-fidi tagħhom, iż-żewġ atleti jagħrfu għas-suċċess tagħhom l-importanza kbira tal-familja tagħhom, ta' sħabhom fit-tim, u tal-kowċis. Mantz, li żżewweġ sena u nofs biss ilu, jitbissem u jammetti li 'marti żżommni milli nossessjona ruħi, xi ħaġa li faċli nagħmilha.' Iż-żewġt ibniet żgħar ta' Young, waħda ta' tliet snin u l-oħra ta' ħamsa, iżom mulu saqajh mal-art u jħobbuh 'irrispettivament meta nasal sal-barkun.'

Young jammetti li fit-taħriħ tagħhom 'hemm ħafna affarjiet li rridu nagħmluhom li kultant ma nkunux irridu nagħmluhom. Imma peress li għandi sieħeb tat-taħriġ li tassew iżommni motivat u kowċ/kap li jħommni responsabbli u li jaf x'inhu l-aħjar għalija, dan kollu jagħmel differenza kbira. U l-istess ħaġa meta tgħix l-evanġelju!'

Mantz jikkonsidra lil Young bħala wieħed mill-ewwel imgħallmin tiegħu meta beda jitħarreġ għall-maratona. Young isemmi lil Jared Ward, fil-passat wieħed mit-tim tal-BYU li daħal is-sitt post fl-Olimpjadi tas-Sajf f'Rio 2016, bħala influwenza ċentrali f'ħajtu. 'Jared kien ta' eżempju kbir mhux biss ta' atleta iżda wkoll ta' kif tgħix il-ħajja u kif tkun raġel miżżewweġ u missier tajjeb. Il-kowċ Eyestone żied jgħid li Young u Mantz issa huma l-imgħallmin ta' membri iżgħar fit-tim qed jitrawwmu, bħal Kenneth Rooks u James Corrigan li se jikkompetu f'steeplechase tal-irġiel fil-belta ta' Pariġi 2024.

athlete running
Clayton Young itellaq u jilħaq l-aqwa ħin tiegħu fil-Maratona ta' Chicago fl-2023. Ritratt © Bank of America Chicago Marathon/Kevin Morris.

'Joġħġobni kif l-ġiri huwa essenzjalment li tkisser ġismek illum ħalli tista' tinbidel u issir tiġri aħjar għada,' irrifletta Young. 'F'din il-ħajja, aħna qegħdin hawn biex nitgħallmu u nikbru. Ninsabu hawn biex inġebbdu u nkissru ġisimna spiritwali kważi kull jum sabiex ninbidlu u nitjiebu minħabba dan. Mhux se tiġri mil-lejl għan-nhar. Fil-każ tal-ġiri, hija kwistjoni ta' pass pass, litteralemt. U l-istess ħaġa fil-każ tal-evanġelju.'

Mantz qal ukoll, 'Huwa fil-proċess li ssib l-hena, kemm fil-ġiri u kemm fil-ħajja tal-evanġelju. Ħafna nies ma jaslux jifhmu għalfejn jien inġobb l-evanġelju jew għalfejn jien inħobb il-ġiri. Iżda dawk li jikkommettu ruħhom tabilħaqq għal wieħed jew għall-ieħor, huma jsibu l-hena tassew li tasal magħhom.'

Young u Mantz se jikkompetu fil-maratona tal-irġiel nhar il-Ħadd, 10 ta' Awwissu, f'Pariġi.