
Serje ta’ streaming li nħarġu dan l-aħħar jippreżentaw interpretazzjoni fittizja ta’ avvenimenti li seħħew f’nofs is-seklu 19 ġewwa Utah. Filwaqt li l-fizzjoni storika tista’ tagħti għarfien importanti, din id-drama qed tqarraq b’mod perikoluż.
Brigham Young, profeta maħbub u pijunier kuraġġuż, hu, bi kwalunkwe standard storiku, ikkaratterizzat ħażin b’mod spoporzjonat bħala fanatiku viljakk u vjolenti. Individwi u gruppi oħra huma wkoll murija b’modi li jsaħħu sterjotipi, rappreżentazzjoni impreċiża u li tagħmel il-ħsara.
Dwar il-massakru tal-Mountain Meadows li s-sensiela tpinġi b’mod ineżatt bħala riflessiv ta’ grupp sħiħ ta’ fidi, il-Knisja ilha li rrikonoxxiet u kkundannat din it-traġedja tal-waħx. Ħadet ukoll passi sinifikanti biex tikxef u taqsam il-verità kollha ta’ dak li ġara u tippromwovi l-fejqan.
Il-problema b’rakkontar ta’ stejjer qarrieqa, grafiċi u sensazzjonalizzati bħal dawn hija li mhux biss joskura r-realtà u jxekkel il-komprensjoni ġenwina imma jista’ jrawwem l-animożità, il-mibgħeda u anke l-vjolenza. Dan huwa partikolarment inkwetanti llum meta dawk li jġibu l-paċi huma meħtieġa aktar minn qatt qabel. Fi żmien meta tant mexxejja responsabbli qed jikkundannaw il-firda u l-ostilità li tant jiddominaw fid-diskors pubbliku tagħna, aħna ntennu t-talba ħierġa minn qalb il-President Russell M. Nelson: “Il-messaġġ tas-Salvatur huwa ċar: Id-dixxipli veri tiegħu jibnu, jelevaw, jinkuraġġixxu, jipperswadu, u jispiraw—tkun kemm tkun diffiċli s-sitwazzjoni. Id-dixxipli veri ta’ Ġesù Kristu huma dawk li jġibu l-paċi. … Iż-żamma tal-paċi hija għażla. … Inħeġġiġkom biex tagħżlu il-paċi, issa u dejjem.”
Dan is-sentiment, imxerred f’ħafna tradizzjonijiet, illum qed jidwi madwar id-dinja. Huwa l-messaġġ profetiku tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien—messaġġ ta’ paċi li qasmu l-profeti moderni kollha, fosthom Brigham Young.