Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu temmet il-ġbid tal-“Vidjos tal-Ktieb ta’ Mormon”. Il-vidjos ġodda li jkopru s-serje ta’ 45 episodju se jinħarġu fl-istess żmien tal-istudju tal-Ktieb ta’ Mormon “Ejja, Imxi Warajja” li ħa joħroġ fl-2024. Dawn se jinkludu l-istejjer tal-Kaptan Moroni u l-kawża tal-ħelsien, il-gwerriera żgħażagħ mimlija bil-fidi ta’ Ħelaman, u Samwel il-Lamanita, fost oħrajn.
Ħdax-il episodju ġdid se jinħarġu matul is-sena biex jakkumpannjaw il-lezzjonijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:
- Ġakobb Jgħallem l-Allegorija dwar is-Siġra taż-Żebbuġ | Ġakobb 5
- Il-Mulej Jeħles lill-Poplu ta’ Limħi u Alma | Mosija 21–24
- Il-Mulej Jeħles il-Poplu ta’ Ammon | Alma 23–27
- Moroni Jsemmi l-Kawża tal-Ħelsien | Alma 46
- Il-Ġwerriera Żgħażagħ ta’ Ħelaman Jiġġieldu għall-Ħelsien | Alma 53–58
- Nefi u Leħi Jagħtu Xhiedha dwar Ġesù Kristu | Ħelaman 5
- Samwel il-Lamanita Jħabbar lil Ġesù Kristu | Ħelaman 13–16; 3 Nefi 1
- Il-Mulej Jidher lil Ħut Ġared | Għeter 1–6, 12–13
- Mormon Jippreserva r-Reġistri Sagri | 3 Nefi 5; Mormon 1–7
- Mormon Jgħallem dwar il-Fidi, it-Tama u l-Imħabba | Moroni 7
- Mormon Jgħallem dwar is-Salvazzjoni ta’ Tfal Żgħar | Moroni 8
Il-maġġoranza tal-“Vidjos tal-Ktieb ta’ Mormon” se jkunu disponibbli fl-2024 f’mhux inqas minn 60 lingwa. Siltiet mis-serje se jkunu disponibbli f’lingwi oħrajn. Wieħed issa jista’ jara trailer ġdid li jirrapreżenta s-serje sħiħa.
https://youtube.com/embed/JzqA373QrKQ
“Il-Vidjos tal-Ktieb ta’ Mormon” huma maħsubin biex jgħinu individwi, familji u ħbieb fit-tagħlim tagħhom mill-Ktieb ta’ Mormon,” qal il-Presbiteru David P. Homer, il-president tal-Kumitat tal-Midja tal-Iskrittura fi ħadn il-Knisja. “Għal xi wħud, se jtejbu l-istudju tagħhom tal-iskrittura. Għal oħrajn, jistgħu jkunu l-ewwel introduzzjoni tat-test sagru. U għal xi wħud oħrajn, jistgħu jipprovdu fehim u perċezzjoni fejn il-litteriżmu u l-qari joffru sfida.
Bħalissa, 34 episodju tal-“Vidjos tal-Ktieb ta’ Mormon” huma disponibbli fil- Librerija tal-Evanġelju fuq ChurchofJesusChrist.org, fuq l-app Gospel Library u fuq YouTube. Iktar vidjos ġodda se jiġu miżjuda fuq dawn ir-repożitorji on-demand hekk kif jiġu rilaxxati fl-2024.
Materjal oħrajn mill-produzzjoni tal-“Vidjos tal-Ktieb ta’ Mormon,” inkluż siltiet qsar ta’ vidjo, ritratti, reġistrazzjonijiet tal-mużika u vidjos ta’ wara l-kwinti, huma disponibbli għal Qaddisin tal-Aħħar Żmien biex jużawhom meta jiġu biex jxandru messaġġi fuq il-midja soċjali tagħhom. Biex tara x’hemm disponibbli, żur Church Media Library fuq ChurchofJesusChrist.org. Dalwaqt se jkollna wkoll esperjenzi ġodda u ikbar ta’ realtà/virtwali li jirrappreżentaw lil Leħi u l-viżjoni tiegħu tas-siġra tal-ħajja u ż-żjara tas-Salvatur Ġesù Kristu mqajjem mill-mewt lill-poplu qadim tal-Ktieb ta’ Mormon. Dawn l-esperjenzi ħa jinġarġu mal-ezzjonijiet korrispondenti ta’ “Ejja, Imxi Warajja” fl-2024.
Il-Ktieb ta’ Mormon huwa xhieda oħra ta’ Ġesù Kristu u jikkonferma l-veritajiet li nsibu fil-Bibbja Mqaddsa. Filwaqt li l-Bibbja toffri f’dettall avvenimenti tal-Emisfera tal-Lvant, il-Ktieb ta’ Mormon jiddokumenta l-ħajja tal-abitanti fl-Amerki tal-qedem. L-ikbar avveniment imfakkar fil-Ktieb ta’ Mormon huwa l-ministeru personali tal-Mulej Ġesù Kristu fost l-abitanti tal-Amerki tal-qedem ftit wara l-qawmien tiegħu mill-mewt.