Vidjow Ġdid Juri l-Isforzi Umanitarji u ta' Awto-Dipendenza Madwar ir-Reġjun

image

Din ix-xandira speċjali għall-membri tal-Knisja se ssir il-Ħadd li ġej, 31 ta' Mejju, u turi sforzi umanitarji u ta' awto-dipendenza tal-Knisja madwar ir-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa.

Il-vidjow 'Caring for Those in Need' se jokkupa l-ewwel 30 minuta tal- 5 laqgħa tal-Ħadd wara l-laqgħa tas-sagrament.  Il-15-il minuta li jifdal se jippermettu diskussjoni lokali f'kull qasam u fergħa.

Il-vidjo se jintwera fil-units kollha tal-Knisja ħlief dawk skedati għall-konferenzi tal-pal jew tad-distrett. Dawk il-units se jkunu jistgħu jiskrinjaw il-programm aktar tard.

'L-għan tagħna li nipproduċu dan il-vidjow kien li nirringrazzjaw lill-membri tal-Knisja għad-donazzjonijiet tagħhom u s-servizz tagħhom li jieħdu ħsieb lil dawk fil-bżonn madwar l-inħawi tagħna,' qal Christian Ottiker, maniġer għad-Dipartiment tal-Welfer u l-Awto-Dipendenza fir-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa.  'U dawk il-bżonnijiet huma kbar.'

Minbarra li juri xeni ta' proġetti umanitarji kurrenti u riċenti, il-vidjo jinkludi intervisti ma' membri tal-Knisja li użaw il-ħafna riżorsi ta' awto-dipendenza pprovduti mill-Knisja biex jgħinuhom isiru indipendenti u awto-dipendenti, minn immigranti sa dawk li qed ifittxu l-asil għal dawk li qed isibuha diffiċli biex itejbu l-edukazzjoni tagħhom.

Il-vidjo jinkludi messaġġ mill-President tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa l-Presbiteru Rubén V. Alliaud.

Il-vidjo ġie tradott fi 23 lingwa minbarra l-Ingliż, inkluż Farsi għall-ewwel darba.