Membri adulti żgħażagħ u missjunarji tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien inġabru f'Țuțora qrib ta' Iaşi fir-Rumanija flimkien ma' grupp mill-Habitat for Humanity biex jgħinu fil-bini ta' djar għal familji fil-bżonn lejn l-aħħar ta' Settembru tal-2023.
Għal jumejn sħaħ, dawn il-voluntiera, flimkien ukoll mal-familji li jingħataw id-djar, bnew riffieda tas-soqfa, kaħħlu, bajdu, tellgħu ħitan tal-bords, u xogħol ieħor bħal dan.
Habita for Humanity hija organizzazzjoni mhux għall-profitt li ħidmietha hi li tibni u ssewwi djar għal nies fil-faqar.
Fil-passat din l-organizzazzjoni bniet djar u ħademt f'iktar minn 70 pajjiż, u hekk tat lil nies madwar id-dinja l-opportunità li jkollhom il-kenn ta' darhom stess.
'Tista' ssib bosta statistika dwar il-faqar fir-Rumanija,' qal Adrian Magda, il-koordinatur ta' dan il-proġett.
'Tista' ssib żewġ ġenerazzjonijiet u anki tlieta li qed jgħixu taħt l-istess saqaf jew appartament.
Kważi terz tar-Rumeni qed jgħixu f'dan l-ambjent.
Kważi nofs il-familji, speċjalment dawk f'żoni rurali, għad m'għandhomx tojlit d-dar.'
'Għal bosta l-ilma għadu jiġi mill-bjar.
Żgur mhux xi ħaġa moderna kif suppost ikunu l-affarjiet,' żied jgħid Magda.
Id-djar li qed jinbnew huma mfasslin biex jipprovdu spazju adegwat għall-għixien biex jilqgħu b'mod komdu lill-familji li se jidħlu fihom, apparti s-servizz tajjeb tal-ilma, provvista kontinwa ta' ilma, u l-elettriku għad-dawl u t-tagħmir elettriku – kumditajiet li dawn il-familji ma kellhomx fil-passat.
Il-grupp ta' voluntiera involuti ġew minn madwar ir-Rumanija, u saħansitra l-Ewropa, li warrbu x-xogħol jew l-isolja biex jingħaqdu fil-kostruzzjonijiet.
Biex dan ikun possibbli, il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien mhux biss ipprovdiet il-voluntiera, iżda wkoll ffinanzjat il-proġett biex tgħin fil-provvista ta' materja tal-bini.
Flimkien mal-voluntiera, il-familji li kienu se jingħataw id-djar li kienu qed jinbnew kienu wkoll qed jgħinu fil-kostruzzjoni.
Fi tmiem it-tieni jum, wara li waħda mid-duplexes kienet kompluta, kulħadd inġabar flimkien.
Il-familji li kienu qed jingħtaw id-djar ġew ippreżentati biċ-ċwievet, b'turija li issa kienu s-sidien ta' darhom.
Foasthom kien hemm Daniella li qalet:
'Ninsabu grati ħafna għall-għajnna tagħkom, talli bnejtu din id-dar li aħna qed insejħuha darna.'
Roberto Pătrășcoiu, id-Direttur tal-Habitat for Humanity fir-Rumanija, qal:
'Nixtieq minn qiegħ qalbi nirringrazzja lill-Organizzazzjonijiet tal-Karità tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.'
Huwa żied jgħid:
'L-għajnuna tagħkom tiżboq il-bini ta' erba' ħitan u saqaf.
Hija dar ġdida għal żewġ familji.'