Dawn l-avvenimenti kbar huma mfasslin biex jgħinuk tieħu gost hekk kif tapplika l-evanġelju fl-aspetti kollha ta' ħajtek.
F'GħSŻ, int tipparteċipa f'ħamest ijiem ta' devozzjonali, klassijjiet, u attivitajiet li jgħinuk tqawwi l-fidi tiegħek f'Ġesù Kristu u tħoss l-hena u l-appartenenza hekk kif tgħix l-evanġelju.
Żur il-paġna Week at a Glance u l-iskeda biex tara liema attivitajiet se tagħmel matul kull waħda mill-ġranet li int se tqatta' f'GħSŻ.
Ġenituri, dawn il-paġni huma partikolarment ta' siwi għalikom biex tkunu tafu x'tipi ta' mistoqsijiet għandkom issaqsu liż-żgħażagħ tagħkom dwar l-esperjenza tagħhom!
Sakemm tkun f'GħSŻ, inti se:
- Tagħmilha ma' żgħażagħ oħrajn li għandhom l-istess twemmin tiegħek u tagħmel ħbiberiji ġodda
- Tesperjenza ambjent li jgħinek tħoss l-hena tal-evanġelju.
- Tieħu sehem f'devozzjonali li jispiraw u titgħallem 'Tisimgħu'
- Titgħallem tkun mexxej u kif tikkomunika aħjar ma' ħbiebek, il-ġenituri, u oħrajn
- Tipparteċipa f'attivitajiet li jgħollu l-istima personali tiegħek u jżidulek il-kunfidenza
Jien irreġistrajt!
Hemm ħafna affarjiet x'tista' taghmel biex tħejji ruħek għal GħSŻ, inkluż dawn l-ideat:
- Fittext dettalji dwar is-sessjoni li se tattendi (l-informazzjoni tkun disponibbli mill-inqas tliet xhur qabel tibda s-sessjoni tiegħek).
- Studja For the Strength of Youth: A Guide for Making Choices.
- Irrevedi l-FSY Standards of Conduct.
- Attendi l-attività pre-GħSŻ fil-wited tiegħek, jekk issir.
- Fassal objettivi personali għaż-żmien li se tqatta' f'GħSŻ.
- Ħeġġeġ lill-ħbieb, inkluż dawk li mhumiex membri, biex jirreġistraw għal GħSŻ.
- Irrevedi l-FAQ u ejja ppreparat b'dak li jkollok bżonn.
- Niżżel u isma l-mużika GħSŻ.
GħSŻ tipprovdi opportunità kbira biex tikber f'bosta modi soċjali u spiritwali. Ftakar dan: Dak li tqiegħed fl-GħSŻ huwa dak li tieħu tieħu minnha.
- Kun inklussiv u miftuħ għal ġbiberiji ġodda.
- Fittex opportunitajiet biex isservi li dawk ta' madwarek.
- Ejja ppreparat b'mistoqsijiet u fittex it-tweġibiet għal dawk il-mistoqsijiet.
- Uża l-pitazz li tikseb mill-GħSŻ biex tniżżel l-objettivi, l-esperjenzi, u l-impressjonijiet tiegħek.
- Tkellem ma' membru tal-istaff tal-GħSŻ jekk għandek xi problema matul is-sessjoni.
Jien mort GħSŻ! Kif nista' nżomm l-affarjiet li tgħallimt.
L-esperjenza tal-GħSŻ ma tintemmx malli tgħaddi dik il-ġimgħa! Ħu miegħek lura d-dar kull lezzjoni, esperjenza, u abitudni, u aqsamhom ma' ħbiebek u tal-familja.
- Ibqa' konness ma' ħbieb ġodda.
- Ixxerja l-esperjenzi tiegħek u ħeġġeġ lil ħbiebek biex jagħmlu l-istess.
- Ippostja fuq il-midja soċjali dwar l-esperjenza tiegħek.
- Għallem lezzjoni d-dar filgħaxija, aqsam it-testimonjanza tiegħek ma' ħaddieħor, jew ixxerja waqt l-Iskola tal-Ħadd dwar xi prinċipju tal-evanġelju li tgħallimt waqt il-GħSŻ.
- Irrevedi l-manwal tiegħek, inkluż l-objettivi, in-noti tal-klassi, u s-sentimenti tiegħek.
- Kompli ipprattikka l-manjieri tal-evanġelju, inkluż it-talb ta' kuljum, l-istudju tal-iskrittura, u t-tfittxija tar-rivelazzjoni personali.
- Fassal objettivi ġodda mal-familja tiegħek, ħbiebek, u l-mexxejja tiegħek.
- Għallem lil sħabek, lill-kworum jew klassi, u l-membri tal-familja l-line dances tal-GħSŻ.
Informazzjoni Addizzjonali
- Irreġistra Hawn (login bl-ekkawnt ta' żagħżugħ) - Wara ħa tara l-link għar-reġistrazzjoni