X’iridni nkun naf Alla llum?

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien nġabru flimkien mal-ħbieb, mexxejja ċivili, skulari, u nies interessati minn madwar id-dinja biex jiġu struwiti mill-mexxejja tal-knisja, appostli, u profeti.

Dawn kienu ġimgħatejn mill-iktar imqanqlin għall-Knisja. L-ewwel bit-telfa tal-profeta u l-president tagħha, Russel M. Nelson, u mbagħad bl-isparatura traġika f’Michigan. Iżda peress li l-membri dawru dawk l-avvenimenti f’opportunitajiet biex jimministraw, ifarrġu, u jagħtu xhieda, l-istess għamlu l-mexxejja tal-Knisja.

Matul jumejn u ħames sessjonijiet sħaħ, il-mexxejja għallmu, ikkjarifikaw, u taw xhieda. Tkellmu dwar l-importanza li nibnu reżiljenza, li nkunu karitatevoli, u kif nibnu l-fidi fi Kristu, fost bosta suġġetti oħra.


“L-istorja tal-oriġini tiegħek hija divina, u l-istess huwa d-destin tiegħek. Int ħallejt is-smewwiet biex ġejt hawnhekk, iżda s-smewwiet qatt ma ħallewk!”

il-Presbiteru Dieter F. Uchtdorf

“Il-mużika sagra tista’ tgħin biex id-duttrina ta’ Kristu tinkiteb ġewwa r-ruħ u tħejjina biex nirċievu l-ordinanzi Tiegħu. Hija tgħaqqad id-duttrina tas-Salvatur mal-memorja tagħna u dik il-memorja mad-dixxipulat tagħna fih.”

Sister Tracy Y. Browning

“Li napplikaw id-duttrina pura ta’ Kristu f’mod simplifikat u ffukat jgħinna nsibu l-ferħ fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, se tagħtina gwida fis-sejħiet tagħna, se twieġeb uħud mill-iktar mistoqsijiet kumplessi tal-ħajja, u se tipprovdi qawwa biex niffaċċjaw l-akbar sfidi.”

Il-Presbiteru Michael Cziesla

“Aħna lkoll kemm aħna aħjar meta ħadd ma jpoġġi bilqiegħda waħdu.”

Il-Presbiteru Gerrit W. Gong

“Bidu ġdid ma nagħmluhx biss fil-każ tad-dnubiet u żbalji tagħna. Permezz tat-tjubija u l-grazzja tas-Salvatur, jista’ jkollna bidu ġdid li jixpruna bidla fil-mod kif naħsbuha, fid-drawwiet ħżiena tagħna, f’diżpożizzjoni gergura tagħna, fl-attutudnijiet negattivi, fis-sentiment li ma nista’ nagħmel xejn, u fit-tendenzi li nwaħħlu f’ħaddieħor u nevitaw responsabbiltà personali. Fil-fatt tista’ tbdiddel affarjiet fik innifsek li ilhom snin idejquk. Tista’ terġa’ tibda mill-ġdid permezz tal-qawwa tal-Imgħallem ta’ bidu ġdid. Huwa qatt ma jiddejjaq jagħtina bidu ġdid, u kemm irridu minnhom.”

Il-Presbiteru Patrick Kearon

“Il-Mulej biss jaf sew il-livell veru ta’ diffikultà li kull wieħed u waħda minna jinsabu qed jiġru fit-tiġrija tal-ħajja—it-toqol, l-isfidi, it-tfixkil li niffaċċjaw li spiss ħaddieħor ma jistax jara. Huwa biss jifhem sew il-feriti u l-weġgħat li għandhom il-qawwa jibdlu ħajja sħiħa, li wħud minna forsi esperjenzaw fil-passat u li għadhom jaffettwana fil-preżent.”

Sister J. Anette Dennis

“Ġenituri, f’din id-dinja fejn hemm ħafna ilħna u xi kultant wisq dlam, Alla stess ikkmandana biex intellgħu lil uliedna fid-dawl u fil-verità…jekk aħna nfallu milli nagħmlu dan, id-dinja mhux se tagħmilha għalina.”

Sister Andrea M. Spannaus

“It-tfittxija konsistenti għat-temperanza tippurifikalna lil ruħna u tqaddsilna lil qalbna quddiem is-Salvatur, filwaqt li bil-ġentilezza kollha tressaqna lejh u tħejjina, bit-tama u l-paċi, għal dak il-jum glorjuż meta aħna se niltaqgħu miegħu fit-Tieni Miġja Tiegħu.”

Il-Presbiteru Ulisses Soares

“Forsi l-ikbar priedki huma dawk li qatt ma nisimgħu iżda dawk li naraw fl-azzjonijiet u għmejjel kwieti u modesti ta’ nies ordinarji li, hekk kif jippruvaw ikunu bħal Ġesù, ifittxu li jagħmlu l-ġid f’ħajjithom.”

Il-Presbiteru B. Corey Cuvelier

“It-tweġiba hija dejjem Ġesù Kristu.”

Il-Presbiteru John D. Amos

“Is-Salvatur tagħna Ġesù Kristu huwa l-irwol ewlieni tagħna. Inkunu mberkin jekk nimmudellaw ħajjitna fuq it-tagħlim u s-sagrifiċċju personali tiegħu. Li nimxu wara Kristu u li nagħtu lilna nfusna f’servizz lil xulxin huwa l-aqwa rimedju għall-egoiżmu u l-individwaliżmu li llum jidhru li huma tant komuni.”

Il-President Dallin H. Oaks