Il-President Dallin Harris Oaks ġie mħabbar bħala t-18-il president u profeta tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fid-data. It-tħabbira ngħatat waqt xandira diretta mill-Belt ta’ Salt Lake, f’Utah. Il-President Oaks ġie sostnut u maħtur nhar it-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2025.
Fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, il-profeta jintgħażel permezz ta’ proċess ispirat b’mod divin. Meta profeta jgħaddi għal ħajja oħra, l-Ewwel Presidenza tiġi xolta, u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, immexxi mill-Appostlu li l-aktar ilu jservi, jieħu f’idu t-tmexxija, u jikkonferma l-Profeta l-ġdid permezz tar-rivelazzjoni u l-awtorità tas-saċerdozju. Tgħallem aktar dwar kif jintgħażel Profeta.
Il-President Oaks, li għandu 93 sena, jieħu post il-President Russell M. Nelson, li għadda għal ħajj’oħra nhar is-27 ta’ Settembru, 2025.
Il-mexxej il-ġdid ta’ din ir-reliġjon dinjija ta’ ’l fuq minn 17-il miljun membru sejjaħ lill-President isem, età, u l-President isem, età, biex iservu miegħu bħala l-ewwel u t-tieni kunsillier fl-Ewwel Presidenza, l-ogħla grupp ta’ tmexxija fil-Knisja.
Il-President Oaks ħabbar ukoll li (isem, età) se jkun l-Aġent President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.
Il-President Dallin H. Oaks ilu jservi bħala membru tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu minn Mejju 1984. Huwa kien il-president tal-Università ta’ Brigham Young mill-1971 sal-1980, u mħallef tal-Qorti Suprema ta’ Utah mill-1980 sal-1984 meta huwa rriżenja biex aċċetta s-sejħa tiegħu għall-appostolat. Aqra aktar dwar il-President Oaks.